best deal

Friday, 12 January 2018

BIL-FILMAT: George jiltaqa' mal-għalliema li kienet tgħidlu li mhu kapaċi għalxejn


Wara l-programm tal-Ġimgħa li għadda, George jgħidilna li ma setax ilaħħaq mal-messaġġi li rċieva.
F'Xarabank sirna nafu li George tad-doughnuts, fl-iskola kellu għalliema li kienet tgħidlu li mhu kapaċi għalxejn. Illum George qiegħed l-Università.




George jgħidilna li ltaqa' ma' din l-għalliema. "Wara xi żmien iltqajt magħha l-Belt. Ġiet tifraħ bija għax għarfitni. Dak il-ħin ħassejt li kelli ngħidilha. Għedtilha: 'Tiftakar meta kont niġi għall-ġurnata tal-premijiet u kont tkeċċini? Dik weġġgħetni. Meta nkun ħa nagħmel pass, dejjem nisma' l-leħen tiegħek jgħidli li m'iniex tajjeb. Imbagħad kelli leħen ieħor, ma nafx minn fejn ġie, u kien jgħidli li jiena kapaċi.'"

X'għamlet dak il-ħin, l-għalliema? "Emozzjonat ruħha u skużat ruħha miegħi. Għedtilha li m'għandhiex għalfejn għaliex kieku jagħtuni permess, nagħmillha monument għax bis-saħħa tagħha wasalt fejn wasalt għax jiena kont niġġieled kontra dan il-leħen."

Ftit ġranet ilu mietet omm Alfred Zammit. George jgħidilna li se jiddedika l-kors li qed isegwi bħalissa għaliha. "Meta konna sejrin lura d-dar wara l-isptar, lil Alfred għedtlu li dan il-kors la nispiċċah ħa niddedikah lilha. Ċertu affarijiet li tgħallimt waqt dan il-kors, bdejt nipprovahom ma' omm Alfred u ma' pazjenti oħra. Omm Alfred kienet qaddisa.  Kienet mara sempliċi li anke jekk taf li hemm persuna li qed tagħmillha l-ħsara, xorta kienet tgħinha. 

X'għandu jgħidilna George, wara l-Ġimgħa li għadda? "Għadni qed nirrispondi l-ħafna messaġġi li rċevejt. In-nies għadhom jibagħtuli. Ma stennejtx daqshekk feedback. Bdejt nisma' l-mowbajl il-ħin kollu jdoqq għax bdew deħlin il-messaġġi. Bdejt ngħid: 'Illaħwa dawn l-messaġġi kollha!' Imbagħad kulħadd sejjer jibgħatli: 'Proset. Kont tajjeb f'Xarabank. Kif irrid nagħmel? Nixtieq nagħmlu dan il-kors.' Din kienet xi ħaġa inkredibbli li fil-verità emozzjonati."

Diversi nies għaddew mill-istess esperjenza ta' George. "Kultant tibda taħseb li l-affarijiet jiġru lilek biss u fil-verità mhuwiex il-każ. Bdejt nara ħafna mill-kummenti li ħallew in-nies fuq il-Facebook ta' Xarabank. Hemm ħafna nies li għaddew mill-istess sitwazzjoni jew ġenituri li għandhom it-tfal li għadhom s'issa għaddejjin minn din il-problema li llum naraha bħala sfida."

Wara li ħloqna l-aptit lin-nies biex jitgħallmu u jidħlu l-Università, aħna nixtiequ nkompluh. Jekk għandek iktar minn 24 sena, tista' tidħol l-Università, bħalma għamel George. Anke jekk m'għandekx eżamijiet, O' levels u A' Levels, tista' tidħol bħala student matur. Kulma trid tagħmel huwa li tibgħat imejl fuq sas@um.edu.mt u hemm tim sħiħ ta' nies li tista' tiltaqa' miegħu, jissuġġerilek x'tista' tagħmel bħala kors u titlaq minn hemm. 

No comments:

Post a Comment