best deal

Tuesday, 16 January 2018

BIL-FILMAT: "Ġimagħtejn qabel kont ikkurunajtha bħala Miss Simpatika" - Ivan Gaffiero


Chanelle llum għalqet 3 snin li ħallietna.

Chanelle. Tfajla kuraġġuża li għal darbtejn irnexxielha tirbaħ il-marda tal-kanċer. Kien il-Ħamis ta' 3 snin ilu. Filgħaxija. Chanelle jħossha ħass ħażin u ftit wara tħallina. 

Aħna tkellimna ma' Ivan Gaffiero, direttur ta' kumpanija tal-immudellar, li kien ħabib ta' Chanelle. "Ħames snin ilu sirt naf lil Chanelle. Kelli confectionery żgħir in-Naxxar u hi kienet waħda mill-klijenti tiegħi. Kienet tfajla li mingħajr ma trid, issir tħobbha. Miegħi kienet uriet ix-xewqa li tkanta u timmudella. Però sfortunatament meta għamlet dak il-pass ħarġilha l-ewwel kanċer tagħha." 


Minkejja li ma setgħetx timmudella, Ivan, ġimagħtejn qabel ma mietet, lil Chanelle jikkurunaha bħala Miss Simpatika 2014. "Jiena kont il-ħanut u kienet ċemplitli ommha tgħidli, 'Chanelle ħallietna.' Ħassejtni xxukkjat u lanqas kont naf x'qed nagħmel. Kont ħadtha bil-kbira għax ġimagħtejn qabel kelli xow u tajtha t-titlu Miss Simpatika 2015. Il-ferħ li kellha dakinhar bil-kuruna u bis-sash kien kbir. Filli qed naraha ġimagħtejn qabel u filli m'iniex naraha iktar, kienet iebsa ħafna għalija."

Jiddeskriviha bħala persuna ferriħija. "Chanelle kienet persuna dejjem tidħak u mimlija ferħ. Minkejja li kienet marida, kellha kuraġġ kbir u baqgħet ferħana. Dik lili għallmitni ħafna f'ħajti. Tfajla kuraġġuża, b'qalb kbira u ta' ispirazzjoni."

Għal Ivan, dan mhuwiex jum bħal kwalunke jum ieħor. "Illum bħala jum huwa wieħed ta' diqa. Bħal-lum noqgħod għall-kwiet. Ma tantx ikolli aptit niltaqa' ma' nies għax dan huwa jum li jġib miegħu ħafna memorji."



Jgħaddi messaġġ lil Chanelle. "Nixtieq li l-ferħ li kellek tgħaddih lil ħafna nies li forsi mhumiex."

No comments:

Post a Comment