best deal

Tuesday, 9 January 2018

BIL-FILMAT: "Il-Ġnejna kienet it-tieni dar tiegħu" - Paul



Miet Charlie Zum Azzopardi, il-bniedem li l-Ġnejna kien qisha t-tieni dar tiegħu, tant li kien jiġbor iż-żibel li jitħalla fuq ir-ramel.


Aħna tkellimna ma' ħu l-mara tiegħu, Paul li jgħidilna li Charlie kien iħobb ħafna l-ambjent, b'mod partikolari l-Ġnejna. "Il-Ġnejna kienet it-tieni dar tiegħu għax kien iħobbha ħafna. Meta kien jara lil xi ħadd jagħmel bbq u jkun ħa jarmi fir-ramel kien jgħidilhom. Kien jirraġuna li wieħed m'għandux għalfejn iħammeġ, iktar u iktar jekk għada se terġa' tiġi u ssib il-ħmieġ li għamel huwa stess. Biex iżomm il-Ġnejna nadifa tazza, kien jiġbor l-iskart hu stess. Tant kien iħobbu hemm, li meta qabditu l-marda ma setax jagħmel iktar bbqs, ħadha bil-kbira ħafna."

Imma min kien Charlie? "Kien raġel bieżel ħafna. Minkejja li kien marid ħafna u kien għaddej bil-kimoterapija, xorta baqa' jmur ix-xogħol. Kien iħobb jgħin ħafna u r-Rabat, fejn kien jaħdem, kien maħbub ħafna, u kulħadd jiddeskrivih bħala bniedem bieżel u jħobb ħafna."

"Kien qisu ħija. Jiddispjaċini li mhux se narawh iktar u nixtieq nirringrazzjah ta' dak li għamel mal-familja tiegħi," itemm jgħid Paul. 

Dan il-filmat ta' Charlie jiġbor l-iskart, rawh 'il fuq minn 119,000 persuna u mill-bieraħ għal-lum rawh mal-2,000 persuna.




Xarabank jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Azzopardi.



No comments:

Post a Comment