AĠĠORNATA:
Dr Neil Falzon, id-Direttur tal-Fondazzjoni Aditus, jgħid li dak li qed jgħid is-Sur Seychell mhuwiex veru.

"L-istatistiċi ripetutament wrew li ħafna min-nies li jaħarbu minn gwerra jew minn persekuzzjoni li ġejja mill-Gvern, fil-fatt jibqgħu viċin tal-pajjiż tagħhom. L-Afrika u l-Lvant Nofsani jibqgħu t-territoriji li jżommu l-iktar refjuġati, bl-Ewropa tilqa' madwar 17%. Għalhekk mhux veru u hi nuqqas ta' responsabbilta' biex tgħid li l-Ewropa għandha żżejjed, u tibbaża l-policies tal-immigrazzjoni fuq dawn il-fatti foloz."
"Ir-refjuġati mis-Sirja, mis-Somalja u minn postijiet oħra mhux siguri ma jistgħux sempliċiment jivvjaġġaw xi mkien sigur b'mod legali. Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jimbottawhom f'rotot perikolużi. Aħna nemmnu li l-ħajja umana għandha tkun protetta għal kull akkosta u taħt kull ċirkostanza.
Is-salvataġġ li jsir mill-Istati, inkluż Malta, u entitajiet oħra, huma rakkomandati għaliex jipprevjenu milli jsiru xi traġedji. Hija ta' stmerrija li s-Sur Seychell jakkuża lin-nies tas-salvtaġġ li huma għandhom interessi ekonomiċi, meta l-missjoni tagħhom huwa li jpoġġu l-ħajja umana fiċ-ċentru tal-ħidma tagħhom."
Il-Papa jfaħħar ix-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema tar-Red Cross, li jgħinu lill-immigranti jiġu fl-Ewropa bil-baħar. L-opinjonista Malcom Seychell jgħid li l-Papa qed jippromwovi t-traffikar tal-bnedmin.
Malcom huwa kontra x-xogħol li jagħmlu l-membri tar-Red Cross u kontra dak li jgħid il-Papa. "Għalija dan huwa human trafficking għax qed jikkoraġixxu lin-nies biex jaqsmu iktar lejn l-Ewropa. L-Afrika hija ikbar mill-Ewropa u hemm fejn joqogħdu. Ma jistax ikun li jibqgħu ġejjin hawn bla ebda limitu. Jekk irid il-Papa jżommhom il-Vatikan u jagħtina eżempju."
Jgħid li l-Papa għandu interess wieħed. "Dawn għandhom interess li jkun hawn minn dawn in-nies ġejjin hawnhekk. Dawn jieħdu l-fondi, anke ġo Malta, u dawn żgur mhux ħa jiġġieldu biex titwaqqaf xi ħaġa. Jien m'iniex reliġjuż, nemmettiha, imma li jagħmlu jagħmluh għall-flus. Huwa sippost mexxej spirtwali u ma kellux għalfejn jindaħal."
Jgħid li l-immigranti jriduhom mhux għax jitħassurhom. "Hemm filmati sħaħ li juru laneċ ta' NGOs li jmorru l-Libja u jġibuhom huma. Jekk mhux traffikar tal-bnedmin, x'inhu dan? M'hemm kontroll ta' xejn fl-Ewropa. Dawn iriduhom għaċ-cheap labour u għalxejn iktar. Tgħid mhux għax jitħassruhom."
Iżid jgħid li m'għandhomx jiġu Malta. "Il-pajjiż ma jiflaħx iktar nies. Tgħidli l-ekonomija mhux sejra tajba? Għala mela ma għandhomx jiġu? M'għandux x'jaqsam għax aħna populati żżejjed. Jien ma rridx li biex ikollna ekonomija tajba, noqogħdu nimxu fuq xulxin." L-iktar ħaġa li tinkwetah mill-immigranti hi l-kultura tagħhom. "Ninkwieta ħafna minħabba l-kultura differenti tagħhom. B'hekk qed jitilgħu l-partiti tal-lemin estrem," itemm jgħidilna Malcom.
Xarabank bagħat lill-Fondazzjoni Aditus, li taħdem favur id-drittijiet umani, u qed jistenna
r-reazzjoni tagħha.
Inti taqbel ma' dak li qed jgħid Malcom? Ikkummenta hawn taħt.
No comments:
Post a Comment