best deal

Friday, 19 January 2018

BIL-FILMAT: Illejla ningħaqdu mill-Belt Valletta



Għada l-ftuħ ta' Valletta 2018 u llejla Xarabank se jkun hemm jurikom l-aħħar preparamenti.


F'Xarabank tal-lejla Mark se jdur it-toroq tal-Belt Valletta f'karozza kemxejn differenti minn tas-soltu. Ma' Jason Micallef, iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, se ngħaddukom mit-toroq li jwasslu għall-erba' pjazez u għall-inħawi li se jiġbru l-qofol ta' din il-festa. Se nispjegawlkom x'se jiġri u x'se jkun hemm għada.

Magħna llejla se jkollna lil Katriel. Miegħu se naraw l-istorja sħiħa ta' dan it-tfajjel u mumenti oħra minn wara l-kwinti li qatt ma rajniehom qabel. 

Se ngħidulkom ukoll l-istorja ta' raġel li jinsab il-ħabs bla kliewi. Bħalissa qiegħed il-ħabs u jista' jkun qiegħed hemmhekk għalxejn. 


F'parti oħra tal-programm se jkollna dibattitu politiku bejn Glen Bedingfield f'isem il-Partit Laburista u Frank Psaila f'isem il-Partit Nazzjonalista. Magħhom se niddiskutu s-sitwazzjoni politika f'Malta.

Jiġifieri f'Xarabank tal-lejla żgur se ssib xi ħaġa togħġbok!

Ritratt: Valletta 2018

No comments:

Post a Comment