George jgħid li missieru ħallieh sinjur. "Lili missieri ħallina sinjur. Sinjur mhux għax kellu l-flus imma b'dak li għadda lili u lill-familja tiegħi, u b'li għallimna. Meta miet missieri, tellajt post fuq Facebook u għedt grazzi lil missieri għax kulma naf, kollu bil-mertu tiegħu."
George jirringrazzja lill-Mulej. "Huwa għoġbu jsellifulna għal ħafna snin. Meta miet, miet fil-paċi għax kwarta qabel kien qed jitkellem ma' oħti. Barra minn hekk, filgħodu żamm mas-sistema li jieħu xower, jiftaħ l-istereo u jkanta. Nirringrazzja lill-Mulej li missier miet hekk għax hawn ibati biex imut."
Minbarra li kien il-papa' ta' George, Joseph kien it-tieni missier għal Hilda, il-mara ta' George. "Kont ngħidlu l-pa, avolja missier George. Għalija kien it-tieni missieri. Mill-ewwel ġurnata li ltqajt miegħu, ħabbni daqs it-tifla tiegħu. Meta tlift il-papa' tiegħi ħames snin ilu, kien torri ta' sapport għalija, kemm matul il-marda u kemm wara."
Ara lil George flimkien mal-Puse meta kienu ġew Xarabank flimkien:
No comments:
Post a Comment