Ħafna ma jaqblux li soru tal-klawsura toħroġ tivvota imma ma toħroġx għal funeral ta' ommha jew missierha.
F'Xarabank tal-Ġimgħa li għadda kellna lil Phyllis, li wara 30 sena,ħarġet minn soru. Spjegatilna kif għat-tieġ ta' oħtha, funeral ta' ommha jew missierha, soru tal-klawsura ma tistax toħroġ. Però toħroġ biss għal bżonn, bħal għal appuntament tal-isptar, elezzjoni tal-Gvern jew tal-Kunsilli u meta jiġi l-Papa f'Malta.
Wara rċevejna bosta kummenti ta' nies li ma jaqblux li soru tal-klawsura ma toħroġx għal funeral u minflok għandha l-permess li toħroġ tivvota.
Antoniella Gatt kitbet: "Tieġ forsi nifhimha li ma tistax tmur imma funeral t'ommok l-għażiża! Imma mbagħad tmur tivvota. Dawk prijoritajiet bis-sens. NOT!" Robert Briffa wkoll ma jaqbilx u jgħid: "L-unika ħaġa li ma naqbilx magħha hija li joħroġu jivvutaw għax fil-verità minn hemm ġew, ma naħsibx li tagħmillek differenza mingħandu jiggverna, speċjalment jekk ma tkunx taf x'inhu jiġri hemm barra. Mill-bqija hija deċiżjoni tagħhom li jgħixu hekk. Kulħadd liberu li jagħżel triqtu."
Min-naħa l-oħra Bernardette Micallef ma qablitx ma' dawn l-argumenti. "Dawn huma ordnijiet reliġjużi li kienu mwaqqfa minn nies li ħassew li riedu jgħixu f'intimità qaddisa ma' Alla, fis-silenzju, sempliċità u jservu lil ħuthom bnedmin oħra bit-talb tagħhom. Ma nistax nifhem għalfejn dawn l-attakki kollha kontra dawn in-nies twajba u umli. Forsi aħna ma nifhmux x'jiġbidhom għal din il-ħajja, imma min aħna biex niġġudikawhom u ngħidu li qed jaħlu ħajjithom? X'differenza qed tagħmlilna jekk għażlu jinqatgħu mid-dinja u jingħalqu f'dinja ta' serenità u talb? Aħjar nitgħallmu minnhom u napprezzaw il-paċi li l-ħajja sempliċi u qrib Alla ġġib."
Mark Josef Rapa wkoll ma jaqbilx. "Il-krudeltà u stmerrija fil-kummenti tagħkom tgħaġġibni. Kulħadd jitkellem b'disprezz kontra d-deċiżjoni li għamlet jew kif issir it-tmexxija tal-Knisja. Dan meta possibbilment ħafna minnkom huma kattoliċi u jmorru l-quddies kull nhar ta' Ħadd. Ifirħu bil-ferħ ta' ħaddieħor u ibku ma' min jibki, avolja forsi ma nifhmux x'ġagħlek tidħol soru oriġinarjament, xorta waħda kuntent li naf li għext ħajtek kuntenta u ferħana. U issa nifraħ miegħek għal dan il-kapitlu ġdid. Awguri!"
Inti x'taħseb dwar dan? Ikkummenta hawn taħt.
If their allowed to vote might as well pay respect to your family's funeral or a family wedding !
ReplyDeleteI could hardly ever understand these cloistered nuns