Ftit qabel ma bdiet il-performance tagħhom f'Bobino Theatre, Peppi jispjega għaliex jaffaxxinawh. "Ma nkunx nista' nifhem kif jirnexxilhom b'leħinhom biss jagħmlu orkestra."
Kont taf għaliex jilbsu l-abjad? "Niżlu fid-dinja għax kienu kkraxxjaw bl-ispace shuttle u hawnhekk qed jagħmlu l-kanzunetti għaliex bihom iġibu l-enerġija," jispjegalna Peppi.
U dawn kif saru popolari? "Skoprew lill-Voca People minn fuq il-You Tube b'filmati li marru viral. Kulħadd kien baqa' mmeraviljat kif dawn jirnexxilhom jagħmlu l-ħoss ta' pjanu, ta' trumbetta, ta' kitarra u ta' vjolin b'leħenhom."
Kienu għamlulna wkoll id-diska ta' Xarabank. Arawha f'dan il-filmat ta' hawn taħt:
No comments:
Post a Comment