Friday, 12 January 2018
BIL-FILMAT: "Meta ħriġt minn soru tal-klawsura rajt Malta oħra" - Phyllis
Din Phyllis. Wara 30 sena ħarġet minn soru tal-klawsura.
Lil Phyllis nafuha minn programm li konna għamilna dwar is-sorijiet tal-klawsura. Kif tħares lejn il-ħajja klawsura Phyllis? "Hija memorja sabiħa li ma ninsa qatt. Trid tkun dedikata għaliha għax inkella ma tgħixx minuta b'minuta hemm ġew. Għaddejt 30 sena fil-kunvent. Kont kuntenta u kont ferħana. Qatt ma ddispjaċini li għamilt dan il-pass. Però l-Mulej qalli, 'S'hemm irridek. Tajtek 30 sena minn ħajtek.' Is-sejħa t'Alla għadha hemm, ġewwa fija. Mhux ħa taqbad u tneħħi din is-sejħa minn ġewwa fik."
Phyllis wara 30 sena magħluqa f'kunvent, tistqarr li xħin ħarġet minn soru rat Malta differenti. "Fi 30 sena li għamilt klawsura, Malta nbidlet totalment. Hija differenti ħafna. Nimxi u nħares madwari u ngħid: 'Din mhux il-ħajja li ħallejt jiena warajja."
X'kienet ħasset Phyllis meta ta' 16-il sena daħlet klawsura u ngħalaq dak il-firoll. "Ħassejtha għax jiena minn fuq il-bank tal-iskola dħalt klawsura. Filli mdawra mal-ħbieb tal-iskola u filli wasal il-25 ta' Settembru u se nidħol hemm ġew u mhu ħa nara lil ħadd. Kif irfist it-taraġ tal-parlatorju u se nħabbat l-ewwel ħabta mal-bieb, qisha niżlet ċerta kalma fuqi, li nsejt dak li hemm warajja u ftakar x'se nsib hemm ġew."
Phyllis ilha ħames snin li ħarġet minn soru tal-klawsura. "Minkejja li għaddew 5 snn, għadni mbeżżgħa għax minn 30 sena ġol klawsura u mbagħad toħroġ barra ħassejt differenza kbira," ittemm tgħid Phllis.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment