Iva,
Corazón u Neville qed joħorġu flimkien u flimkien ħarġu wkoll
il-kanzunetta Perfect.
Il-ġimgħa
l-oħra Corazón u Neville ħarġu l-cover-version ta' 'Perfect' ta' Ed
Sheeran. Xħin smajnieha bqajna impressjonati bil-chemistry perfetta li
hemm bejn il-vuċijiet tagħhom. Però din il-chemistry innutajnieha wkoll
bejniethom. U bdejna nistaqsu, kif qed ikantaw kanzunetta daqshekk romantika
flimkien? Jaqaw qed joħorġu flimkien? Il-kurżità għelbitna u ċempilnielhom.
Jiltaqgħu flimkien l-ewwel darba fil-programm li kienet
tippreżenta Corazón. "Iltqajna meta Neville kien ġie fil-programm Twelve
to 3. Dak iż-żmien konna organizzajna ikla għall-mistednin. Hemmhekk sirna nafu
lil xulxin u mbagħad maż-żmien bdejna noħorġu flimkien," tgħidilna Corazón.
Ftit jiem ilu, Corazón u Neville ħarġu l-kanzunetta Perfect.
"Bħalissa qed naħdmu fuq xi kanzunetti oriġinali u għedna ħa nipprovaw din
il-kanzunetta biex naraw x'rispons ikollna u nara jekk il-vuċijiet tagħna
jmorrux flimkien. Allura għamilna din il-kanzunetta bħala antiċipazzjoni
għal kanzunetta ġdida oriġinali li qed naħdmu fuqha bħalissa," tistqarr Corazón.
"Għażilnieha għax hija l-iktar kanzunetta li
nkantaw fit-tiġijiet, it-tnejn li aħna nafuha u bħalissa hija popolari
wkoll," tgħidilna Corazón. "Bħala kliem, il-fatt li qegħdin
flimkien jagħmlu iktar sens," żied jgħidilna Neville.
Ma setax jonqos li staqsejniehom biex jgħaddu messaġġ lil
xulxin. Corazón tgħidilna: "Neville inti persuna speċjali ħafna għalija
għaliex sibt dak kollu li kont qed infittex; kumpanija, lealtà, sapport u persuna
intelliġenti li tifhimni." U Neville? "Corazón hija l-iktar
persuna importanti f'ħajti. Hija l-estensjoni tiegħi. Grazzi talli qed iġġibli
ħajti ħafna isbaħ, li qed tagħtini kuraġġ u sapport. Kull ħaġa li bħalissa
għandi bżonn, insibha fiha. Grazzi u nħobbok."
No comments:
Post a Comment