Mara tistqarr magħna dak li qed jgħaddu minnu hi u ġirien tagħha fi Triq il-Jannara f'Birkirkara. "Erba' xhur ilu raġel tefa' dawn it-tiġieġ u s-sriedaq f'għalqa u ħadd ma jista' jorqod bl-istorbju li qed jagħmlu. Il-ħin kollu jagħmlu l-istorbju għax filgħaxija jkun hemm id-dawl u għalihom qisu għadu binhar. L-għalqa privat iżda s-sid ma jsib l-ebda problema li dawn it-tiġieġ u s-sriedaq jittieħdu f'post ieħor, ġaladarba dawn mhumiex tiegħu."
Il-mara u r-residenti ta' din it-triq jagħmlu ljieli sħaħ bla rqad. "Qed inqumu għajjieni u mkissrin għax-xogħol għax m'aħniex nistrieħu bl-istorbju li qed jagħmlu 24 siegħa sħaħ. Aħna nixtiequ li dawn it-tiġieġ u s-sriedaq jittieħdu f'post ieħor addattat ħalli aħna nkunu nistgħu nistrieħu. Il-lejl jiġi għall-mistrieħ."
Xarabank bagħat lill-Animal Welfare għal reazzjoni.
No comments:
Post a Comment