
William, li weħel 3 snin ħabs wara li għamel 10 snin clean u 14-il sena jistenna, jixtieq jistudja iżda mhux qed iħalluh.
Peppi Azzopardi jgħid: "Nixtieq nerġa' nitkellem dwar William. William li issa tafu l-istorja tiegħu, wara dawn is-snin kollha, spiċċa qiegħed il-ħabs."
"William qabel ma daħal il-ħabs kien qed jieħu kors l-MCAST. Iddeċieda li jieħu kors tan-nutrizzjoni u tal-ġim għax meta kellimtu kien qalli, 'Issa nagħti lura lis-soċjetà, billi nurihom kif għandhom jibżgħu għal saħħithom.' Daħal il-ħabs u ġimgħa wara applika biex kif jiġri f'każijiet oħra fil-ħabs, ikompli dan il-kors l-MCAST. Qalulu li ħa jiltaqa' l-board u li se jagħtuh risposta."
"Jiena għalhekk ma tkellimtx għax stennejt u stennejna. Imma llum iddeċidejt li nitkellem għax sal-lum dan William, li s-soċjetà sippost lil dawn il-priġunieri trid tirriformahom, tridhom jitgħallmu, għadhom ma tawhx risposta biex imur ikompli l-kors l-MCAST. U l-MCAST il-kors beda u għaddej, u issa se nispiċċaw li jekk u meta jgħidulu 'iva', l-MCAST jgħidulu: 'Issa tlift iċ-ċans. Tlift wisq lezzjonijiet. Ipprovajna nġibulu n-noti.' Imma dan mhuwiex kors tan-noti. Dan kors li jagħmlu l-affarijiet hemmhekk."
"Allura jiena nistaqsi, 'Imma dan x'ħabs hu?' Għalhekk jiena ngħidlu 'ħabs vendikattiv'. Ħabs illi mhux vera jħares lejn dawn in-nies u jgħid, 'Ejja nagħtuhom l-imħabba. Ejja ngħallmuhom jekk iridu jitgħallmu. Għax bħal William min jaf kemm hemm oħrajn li jixtiequ jitgħallmu. Nesiġu li immedjatament li William ikompli l-kors l-MCAST."
Nahseb li l-ansjeta' tohloq hafna ahbarijiet illum il-gurnata.
ReplyDelete