best deal

Wednesday, 24 January 2018

BIL-FILMATI: Il-kantanti tal-Eurovision litteralment fuq Xarabank!


Karozza tal-linja, kantanti, kostumi u parrokki kollha f'Xarabank speċjali tal-Eurovision!
Wara li konna diġà laqqajna nofs il-kantanti tal-Malta Eurovision Song Contest, il-Ħadd li għadda laqqajna l-bqija tal-kantanti. Ikollna ngħidu li impressjonawna fl-imitazzjonijiet tagħhom. Fost ħafna affarijiet li kellna armat fuq tal-linja, kien hemm kejk tat-tieġ u xampanja għad-diska 'Congratulations' u forn għal 'Party for Everybody'. Jiġifieri tistgħu timmaġinaw x'kellna fuq tal-linja.


Fl-ewwel grupp għandna lil Brooke, Rhiannon, Kevin u Andy minn Avenue Sky, lil Aidan li wkoll huwa parti minn Avenue Sky. Dawn interpretaw il-kanzunetti 'Kisses for me', 'Drama Queen', 'Everyway that I can', 'Insieme' u 'Angel' ta' Chiara. Fit-tieni grupp għandna lil Jasmine, Deborah C, Petra, u lil Mikhail u Cherylis ta' Dwett. Huma interpretaw il-kanzunetti 'Little Child', 'Vodka', 'Party for Everybody', 'Congratulations' u 'Shake it'.

Nhar il-Ġimgħa li ġej f'Xarabank se ssiru tafu affarijiet li ma kontux taf qabel, imitazzjoni, sorpriżi u ċajt. Għalhekk, Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa ma tistax titilfu!

No comments:

Post a Comment