best deal

Friday, 12 January 2018

BIL-FILMATI: Illejla Phyllis tirrakkonta kif rat lil Malta mibdula wara 30 sena klawsura


Illejla f'Xarabank se jkollna lil Phyllis, li wara 30 sena ħarġet minn soru tal-klawsura.


Aħna inzertajna li meta Phyllis kienet għadha soru tal-klawsura konna dħalna fil-kunvent tas-sorijiet niffilmjaw. F'Xarabank tal-lejla, ħa nuru wħud minn dawn il-filmati ta' Phyllis ta' meta kienet għadha soru. Se tirrakkonta magħna għalfejn ħarġet, kif qed tħossha u kif rat lil Malta tinbidel.

Fuq l-istess sufan għandna lil Alex Mangion u lis-sieħba tiegħu li ħa jiżżewġu din is-sena. Għandna wkoll lil Ramona Attard, flimkien mar-raġel u lit-tifla tagħha li għandha kemm twieldet fix-xhur li għaddew.



Imbagħad għandna sufan esperimentali għax fil-programm se jkollna magħna lil Valentina Rossi u lil JD Patrick, żewġ Djs fuq Vibe Fm, l-għarus ta' Valentina, Carlo, li huwa wkoll Dj, u lil Dorian Cassar, Dj ta' Magic Malta. Mark ħa jsaqsihom ħafna mistoqsijiet u magħhom ħa jilgħab ħafna logħob li ftit minnhom mhux ħa jispiċċaw tajjeb.

No comments:

Post a Comment