Friday, 19 January 2018
BIL-FILMATI: X'kienu qed jagħmlu Ozzy Lino u Żaren tal-Ajkla fuq tal-linja?
Jekk dawn il-jumejn se tirkeb tal-linja, forsi tinzerta festa sħiħa.
It-Tlieta li għadda beda jdur dan il-filmat li s'issa rawh 'il fuq minn 43, 000 darba. Fih jidhru Ozzy Lino u Żaren tal-Ajkla, li waqt li kienu fuq tal-linja miż-Żejtun għal Raħal Ġdid, qagħdu jkantaw u jdoqqu Xemx.
Aħna tkellimna ma' Ozzy Lino li qalilna li qed jagħmlu din il-biċċa xogħol artistika, li jisimha Tal-Lino, bi tħejjija għal għada, għall-ftuħ ta' Valletta 18. "Aħna bdejna nagħmlu random bus hopping u mingħajr ma riedna tlajna fuq karozza tal-linja b'oħra. Kif indunajna, għedna ninżlu hawnhekk iżda n-nies, li bdew jieħdu pjaċir, bdew jgħidulna biex nibqgħu magħhom. U dak il-ħin iddeċidejna biex niġbdu vidjow. L-istorja minn hemm bdiet u l-filmat telaq viral."
Għaliex qed jagħmluha? "Din qed issir għal Valletta 18 u fiha qed inwassal il-messaġġ li t-toroq kollha jwasslu għall-belt kapitali tal-kultura. Bdejna mit-Tnejn li għadda billi dorna b'tal-linja miċ-Ċirkewwa 'l isfel. Għamilnieha t-Tlieta, kif spjegat qabel u lbieraħ tlajna anke Għawdex. L-għan tagħna huwa li noħolqu atmosfera sabiħa u nxerrdu l-imħabba."
Din mhux l-ewwel darba li lil Ozzy qed narawh jagħmel xi ħaġa hekk. Fil-fatt kien għamilha wkoll fis-Subway fi Frankfurt! :
Jekk illum u għada tirkeb tal-linja, għandek mnejn tinzertahom!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment