best deal

Monday, 22 January 2018

Din hija l-intervista li Xarabank kien għamel ma' Sara Ezabe


F'dan il-filmat tista' tara lil Sara Ezabe twieġeb diversi mistoqsijiet li forsi ħafna Maltin qed jistaqsu bħalissa, wara li ġiet magħżula bħala waħda mit-30 żagħżugħ u żagħżugħa ta' ispirazzjoni taħt l-età ta' 30 sena minn Forbes.



Sentejn ilu konna intervistajna lil Sara Ezabe u lil Naomi Bugri. It-tnejn huma tfajliet Maltin, u konna staqsejniehom dwar il-ħajja tagħhom f'Malta, minħabba li jidhru differenti minn ħafna Maltin. Fost l-oħrajn, lil Sara u Naomi staqsejniehom kemm-il darba jitolbu, x'qed jagħmlu fil-ħajja, kemm iħossuhom aċċettati, u x'kienu l-agħar insulti u l-aħjar kumplimenti li qatt qalgħu.

"L-agħar insulti li qatt qlajt kienu meta qaluli ħmieġ u żibel." Hekk kienet qalet Sara meta staqsejnieha x'inhi l-aktar ħaġa kerha li qatt qalulha.

Dan ta' hawn taħt huwa l-filmat tal-intervista.

 

Sara Ezabe qed tirċievi kritika ħarxa minn diversi Maltin wara li ġiet innominata minn Forbes bħala waħda mit-30 żagħżagħ u żagħżugħa ta' ispirazzjoni li għandhom taħt 30 sena. Sara hija żagħżugħa Maltija ta' 21 sena li qiegħda tistudja għal avukat, u rċeviet l-unur għax-xogħol tagħha f'RedefiningUs, li hija NGO li waqqfet hi stess biex tippromowovi d-diversità u d-djalogu fis-soċjetà Maltija. Sara hija l-iżgħar tfajla fost iż-żgħażagħ magħżula.

Fl-2016, Sara kienet ukoll fost iż-żgħażagħ mill-pajjiżi tal-Commonwealth li rċevew l-unur Young Leader mingħand ir-Reġina Eliżabetta II.

No comments:

Post a Comment