best deal

Wednesday, 31 January 2018

Din it-tfajla ppreparat il-funeral tagħha stess


"Il-Bambin għoġbu jsejjaħli. Jien se nkompli nieħu ħsiebkom minn hemm fuq għax il-mewt ma tifridniex."

Dan huwa kliem Caroline. Tfajla ta' 30 sena li minkejja li kienet taf li ħa tmut bil-kanċer, kienet kuntenta. Ħejjiet ruħha u saħansitra organizzat kollox mis-santa sal-omelija. Tfajla li messet il-qalb ta' kull min iltaqa' magħha bl-imħabba u l-fidi tagħha. 


Ritratt: Fr Hayden flimkien ma' Caroline

Caroline kienet mimlija paċi, u din kienet anke tidher fis-sodda ftit qabel ma mieter.  Fl-omelija tal-funeral tagħha, Fr Hayden, li magħha għamel l-omelija, spjega li Caroline kellha ħafna xewqat, fosthom li ma tarax lin-nies jibkuha. "Qaltilna biex ma nibkux. 'Impossibbli imma nixtieqhom ma jibkux meta mmut.' Caroline kienet kuntenta li ħa tmut għax kienet taf fejn hi sejra. Kienet tgħid, 'Iġri mmur.'"

Caroline twassal anke messaġġ lill-persuni li għandhom il-vizzju tad-droga. "Caroline xtaqet tgħid lid-drogati biex igawdu l-ħajja mhux fil-ħażen imma fit-tajjeb. Kellha x-xewqa, li kieku fieqet, tibda tiltaqa' magħhom u tkellimhom fuq is-sbuħija tal-ħajja. Caroline offriet is-sofferenza tagħha għal dawn in-nies, u għal dawk li huma 'l bogħod minn Ġesu'."

Xtaqet li jibqgħu jiftakru fit-tbissima tagħha. "Kienet qaltli, 'Nixtieq li jibqgħu jiftakru fit-tbissima tiegħi u ma jibkux.'Il-Bambin lili għoġbu jsejjaħli u jien se nkompli nieħu ħsiebkom minn hemm fuq għax il-mewt ma tifridniex."




Aħna tkellimna ma' oħtha Rodianne li tiddeskrivi lil oħtha bħala bniedma speċjali. "Kienet tfisser ħafna għalija. Persuna bilgħaqal, umli, qalbha tajba u kienet tħobb lil kulħadd. Imżejna b'kollox. Fil-marda tagħha, baqgħet tiġġieled sal-aħħar u kienet tgħidli, 'Jien ħa nfiq' u fl-aħħar ċediet għax ma felħitx iktar. Kienet persuna speċjali għalija għax flok tħalli lili nsaqsiha kif inhi kienet aktar tinkwieta kif qed inħossni jien. It-telfa tagħha hija diffiċli għax konna close ħafna ta' xulxin. Lanqas nista' nemmen li ħallietna."


Ritratt: Caroline flimkien ma' oħtha Rodianne
Xarabank jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Bajada, lil qraba u lil ħbieb.

5 comments:

  1. Rest in peace Caroline . We where in the same primary school classroom . pray for us from. Heaven amen.

    ReplyDelete
  2. Rest in peace Caroline . We where in the same primary school classroom . pray for us from. Heaven amen.

    ReplyDelete
  3. Rest in peace Caroline . We where in the same primary school classroom . pray for us from. Heaven amen.

    ReplyDelete
  4. j alla jkolli l kuragg taghha meta jasal waqti wkoll .. nitlob lil mulej biss li nitlaq qabel l gheziez tieghi u nippreferi li jigi tip ta mard ikrah fuqi milli fuq uliedi jew familti dan biss nitlob lil mulej .. grazzi caroline ghalkemm ma nafekx nirringrazzjak tal kuragg ... RIP

    ReplyDelete