best deal

Wednesday, 10 January 2018

Fl-Ewropa, 36 miljun ruħ tbati mid-depression


Skont l-aħħar stħarriġ li ta l-Eurostat jidher li fl-Ewropa biss, madwar 36 miljun persuna (7.1%) tbati mid-dipressjoni kronika. Ir-rapport tal-Eurostat jgħid li d-depression fl-Ewropa hija l-iżjed komuni bejn dawk li għandhom bejn 15 u 24 sena.

Din l-istatistika turi l-importanza li t-tfal u ż-żgħażagħ ikunu mħarrġa dwar is-saħħa mentali minn meta jkunu żgħar, ħalli jekk jaraw li xi ħadd minn sħabhom huwa f'diffikultà, ikunu jistgħu jifhmu lill-persuna u jgħinuha ssib l-għajnuna. Dan ir-rapport ħareg fl-2014, u huwa l-aktar stħarriġ riċenti mill-Eurostat dwar is-saħħa mentali fl-Ewropa. L-istħarriġ li jmiss mistenni joħroġ fl-2019.

Persuni li jbatu mid-depression, ġeneralment ibatu minn nuqqas ta' enerġija, minn burdata inqas tajba, nuqqas ta' pjaċir u interess f'attivitajiet li qabel kienu jagħtu pjaċir lill-persuna, nuqqas ta' konċentrazzjoni, għajja mhux normali, self-esteem baxx, u bidla fl-irqad u fl-aptit.

Jekk inti tbati minn xi kundizzjoni mentali bħal depression, OCD, bipolar, schizophrenia, jew xi kundizzjoni oħra, ibagħtilna messaġġ fuq il-Facebook ta' Xarabank jew ċempel fuq 21249200. Nixtiequ niltaqgħu miegħek. F'Xarabank dalwaqt se jkollna programm dwar is-saħħa mentali.

No comments:

Post a Comment