
Għada se jkun l-ewwel Xarabank għas-sena 2018.
F'Xarabank se jkollna grupp ta' tfal veru ħelwin. Daqsxejn imqarbin u jgħidu affarijiet li jimpressjonawk.
Għada wkoll se nidħku, fost oħrajn, ma' Martin Sapiano li se jimita ħafna nies. Se nisimgħu wkoll kif iltaqgħu l-Puse u l-mara tiegħu Hilda. Appartament il-Puse kien ikun qed idoqq f'xi quddiesa u għamlet xi sentejn tmur il-quddiesa kull nhar ta' Ħadd sabiex tarah.
Imma mbagħad se jkollna mumenti oħra pjuttost serji u mhumiex daqshekk tad-daħk. Bħal meta Martin Sapiano jirrakkonta kif mitulu ommu u missieru, u issa qed iħossu waħdu għax kien ikun dejjem magħhom. Jew meta l-Puse u Hilda jirrakkontaw x'ġara waqt il-funeral ta' missier il-Puse.
Se jkollna wkoll lil Maxine, li se tkellem fuq meta mietet il-mamà tagħha iktar kmieni din is-sena.
Però mbagħad ħa jkollna stejjer li jibdew veru koroh u jispiċċaw veru ħelwin, bħall-istorja ta' Ġorġ tad-Donuts, li meta kien żgħir l-għalliema kienu jgħidulu li mhu tajjeb għalxejn.
Xarabank, għada titilfux!
No comments:
Post a Comment