best deal

Friday, 12 January 2018

Għada s-Sibt tista' tivvota għall-parteċipanta Maltija f'Amici


Ivvota għall-kantanta Maltija Emma Muscat li qed tirrappreżenta lil Malta fl-Italja, fil-programm Amici di Maria De Filippi.

Agħmel dan billi ssegwi l-programm t'għada, is-Sibt 13 ta' Jannar u kull nhar ta' Sibt fuq Canale 5 fis-2pm.


Kif jiftaħ it-televoting waqt il-programm ikollok ċans tivvota sa ħamsin darba billi tagħfas fuq ir-ritratt ta' Emma li ssibu fuq din il-ħolqa:  

Peress illi dan huwa l-ewwel darba li qed nivvutaw minn Malta, ma għandniex mezzi oħra kif nivvutaw bħala SMS.


Emma Muscat hija kantanta Maltija u studenta tal-Università ta' 18-il sena. Xahrejn ilu Emma kienet għamlet audition f'Amici iżda b'diżappunt għal ħafna nies, ma kinitx intgħażlet. Madankollu, il-producers kienu tawha ċans ieħor billi qalulha tidħol għal sfida. Emma għamlet dik l-isfida u minnha ngħażlet bħala parteċipanta ta' Amici. 

Ejjew nixxerjaw dan l-artiklu kemm nifilħu ħalli ħafna Maltin jivvutawlha.

1 comment:

  1. bir-rispett kollu mhix qed tirraprezenta lil Malta. Din mhix kompetizzjoni tal-pajjizi. Emma qed tirraprezenta lilha nfisha bhala artista promettenti u kapaci. Nivvutawlha bhala appogg u bil-qalb kollha.

    ReplyDelete