
Joseph, membru minn Avenue Sky, tilef lil missieru u lil ħuħ.
Joseph għadda minn ħafna affarijiet. Joseph jgħidilna: "Meta kelli 7 snin tlift lil ħija b'inċident. Imbagħad erba' snin ilu kellu inċident ħija l-ieħor fuq il-post tax-xogħol. U tlift lil missieri s-sena li għaddiet. Jiena ngħid li għandi żewġ anġli hemm fuq. Il-ħin kollu miegħi. L-iktar ħaġa li nħossni xxortjajt biha hi li meta gradwajt jien, missieri għamel sentejn u nofs ħiereġ u dieħel l-isptar, u dakinhar li ggradwajt irranġajtlu biex jiġi u joqgħod fuq sid komdu, u rani niggradwa. Kienet xi ħaġa li ħassejt li kien rigal mingħand ħija u l-Mulej."

Anke Karl tilef lil missieru. Meta kellu sentejn. "Missieri ma niftakrux. Huwa kellu 29 sena u jiena kelli sentejn. Inħossha. Issa missieri ħa jagħlaq 29 sena li miet. Inħossha ħafna f'ċerti mumenti meta naf li mhuwiex preżenti miegħi, bħalma huwa jum il-missier. L-iktar żmien diffiċli għalija kien fit-tfulija. Li trid tikber mingħajr qatt ma tgħajjat, 'Daddy'. Żmien ieħor diffiċli esperjenzajtu l-iskola. Ċertu bullying tat-tfal li kienu jgħiduli li missieri mhux vera miet imma li telaqni."
Interessanti li Andy u Clive huma għalliema, u Kevin lsa. Dawn it-tliet ukoll jagħmlu parti minn Avenue Sky. U Clive jirrakkontalna xi rrisponda student partikolari f'eżami tar-reliġjon. "Qed nikkoreġi eżami tar-reliġjon u kellhom eżerċizzju biex jimlew il-vojt. Kellhom l-ewwel ittra lesta. Kienet l-ittra 'M'. Kellhom miktub: Ġesu' kien jagħmel il-m _ _ _ _ _. U l-istudent kiteb il-maġija minflok il-mirakli."
Clive jgħidilna storja oħra. "Erbat ijiem wara li twelidt għamluli l-magħmudija. Ġew il-mistednin bir-rigali u ħallewhom id-dar, u morna l-knisja għall-magħmudija. Kif ġew lura indunaw li kienu daħlulna, u mir-rigali li kien hemm, kulma kien fadal kien tajjar u kaxxi vojta tad-deheb. Allura l-mistednin kellhom jerġgħu jixtru r-rigali u naħseb rawni ħelu dakinhar."
Lil Aidan, li huwa parti minn Avenue Sky, u qed jipparteċipa wkoll waħda b'kanzunetta, għamilnielu sorpriża ċkejkna wkoll. Għedna lill-ħaddiema tiegħu biex jgħaddulu messaġġ ta' awgurju.
Dan u aktar f'Xarabank tal-lejla.
No comments:
Post a Comment