best deal

Friday, 26 January 2018

"Iltqajt mal-għarus tiegħi ġo Londra b'kumbinazzjoni' - Brooke


Brooke għamlet 6 snin tgħix l-Ingilterra u fl-aħħar sentejn iltaqgħet mal-għarus tagħha.


Imma kif iltaqgħu? "Kont qed inkanta f'dan il-post fejn qaluli li ħa jkun hemm ħafna nies. Mort u ma nara lil ħadd. Lil tal-band għedtilhom biex xorta nixegħlu l-kameras ħalli jkollna xi ntellgħu fuq You Tube. Kien għaddej hu, li llum huwa l-għarus tiegħi, minn hemmhekk u ra live music downstairs u kien hemm jiena nkantat. Mort niskuża ruħi miegħu li speċi m'hawn ħadd u għedtlu biex jiġi għall-gig li jmiss."

Imbagħad Brooke tiskopri li ommu minn Birkirkara. "Qalli, 'Where are you from?' Jiena għedtlu li minn Malta u huwa weġibni, 'My mum is half Maltese.' Imbagħad skoprejt li ommu minn Birkirkara. Veru b'kumbinazzjoni li ltqajt mal-għarus tiegħi f'Londra, li huwa nofsu Malti u nofsu Ingliż!"

No comments:

Post a Comment