L-ewwel darba li Peppi ra lil Jasmine, ħaseb li kienet it-tifla ta' Georgina u ta' Pawlu. Min kellu jgħidilha li ftit wara Georgina saret il-kunjata tagħha!
Kellna kurżita' kif inhi Georgina bħala kunjata u għalhekk saqsejna lil Jasmine. "Faqgħa ħafna, straightforward, tgħidilek kif inhi u magħha tkun tkun taf fejn inti."
U Georgina kif issibha lil Jasmine bħala t-tfajla tat-tifel? "Jasmine hija tifla matura għall-eta' li għandha u xi kultant iżżejjed. Għadha żgħira u taħseb fuq ħafna affarijiet. Jiena nixtiqha li tgawdi għax il-ħajja qasira biex toqgħod taħseb fuq ħafna affarijiet."
Ma setax jonqos li Jasmine u Georgina jkantaw flimkien xi kanzunetti ta' Paul.
No comments:
Post a Comment