best deal

Wednesday, 24 January 2018

"Katriel iktar ħeġġiġni biex nagħti d-demm" - In-nanna tiegħu Grace



Din Grace Zahra. In-nanna ta' Katriel, it-tifel li ta' 3 snin tatu puplesija u għandu Lupus CQ Deficient 1.


Grace għandha 64 sena u tat id-demm 69 darba. U meta marad Katriel iktar ħeġġet ruħha biex tagħti d-demm.

Kien avviż fuq ir-radju li wassalha biex tagħti d-demm l-ewwel darba. "Niftakar li kien fl-14 ta' Settembru 1987, l-għada tal-festa ta' Ħaż-Żabbar. Konna se mmorru xalata u mbagħad smajt li hemm bżonn tad-demm. Dak il-ħin għedt lit-tfal li ħa mmur nagħti d-demm u li x-xalata se neħodhom darba oħra. Irraġunajt li l-ewwel insalva lil ħaddieħor imbagħad immur ix-xalata. U hekk għamilt." U minn dakinhar Grace bdiet tagħti d-demm.

Fil-fatt tgħidilha li fl-2015, ingħatat premju flimkien ma' 8 irġiel u 6 nisa oħra mill-President ta' Malta talli ilha għal snin twal tagħti d-demm u ssalva il-ħajja ta' ħaddieħor.



Meta marad in-neputi tagħha Katriel, iktar għamlet kuraġġ biex tagħti d-demm. "Katriel ħeġġiġni iżjed biex nagħti d-demm. Meta nisma' li hemm min għandu bżonn id-demm naqbdad immur u kieku nista' anke darba fix-xahar. Iktar tħeġġiġt għax hemm ħafna tfal li għandhom bżonn id-demm."

Grace lesta li twasal lil kulħadd biex issir għotja demm. "Nikkorraġixxi lin-nies biex jagħtu d-demm għax dan ma ssibux kuljum. Min jiflaħ, nikkoraġġixxih biex jagħti d-demm. Min ma għandux biex imur, għandi l-karozza privata tiegħi u lesta li nwassalu biex żgur imur jagħti d-demm."

Jekk trid iktar informazzjoni fuq x'għandek tagħmel biex tagħti d-demm, idħol hawn

No comments:

Post a Comment