Din is-sena l-organizzazzjoni dinjija tas-saħħa se tiddikjara li l-użu żejjed tal-video games huwa kundizzjoni mentali.
Li tkun gamer, jiġifieri għandek problema mentali? Dwar dan aħna tkellimna mal-Psikjatra Dr Anton Grech, li jgħidilna li tilgħab mhijiex diżordni mentali. "Tiġi problema psikoloġika meta titlef il-kontroll. U aktarx li l-għaqda dinjija tas-saħħa qed tirreferi għal meta persuna titlef il-kontroll."
Kif tibda titlef il-kontroll? "Tibda tispiċċa tilgħab iktar minn dak li jkollok f'moħħok. Għalkemm tara li hemm konsegwenzi ħżiena, xorta ma jirnexxilekx tieqaf. Ħajtek jaffettwahielek b'tali mod li l-affarijiet li huma importanti, bħal tieħu ħsieb lill-familja u x-xogħol, jibdew jiġu fit-tieni post, u l-ewwel jiġi l-gaming. Meta ma tkunx qed tilgħab, ma tibdiex tħossok sew u moħħok il-ħin kollu jhewden."
Il-gaming jista' jkun ossessjoni. "Hemm skola ta' ħsieb fil-Psikjatrija li tqis il-gaming bħala ossessjoni. Jiġifieri jiġi ħsieb li ma tista' ttajru b'xejn, avolja jista' jdejqek." Iżid jgħid li dawn huma kriterji ta' kull addiction iżda d-differenza bejn l-addiction għall-gaming u għall-alkoħol hi li l-gaming għandu l-element psikoloġiku, u l-alkoħol fih l-element fiżiku. "
Jeżistu każijiet ta' dan it-tip f'Malta? "Niltaqgħu ma' każijiet fejn in-nies jiġu għandna l-iktar minħabba l-konsegwenzi tal-logħob, bħal kumplikazzjoni ta' djun u użura, li jwassluhom għal stat ta' ansjetà u dipressjoni. Jekk wieħed għandu addictive personality, hemm tendenza li taqbdu iktar minn ħaddieħor. Min ikun hemm irid joqgħod attent iktar minn ħaddieħor. Nirrakkomandalu biex ma jaqbadx mal-logħob."
X'għandu jagħmel bniedem, jekk jinnota li qed jilgħab iżżejjed? "Meta wieħed jibda jara li qed jitlef il-kontroll, jieqaf. Jekk jiġi fi stat fejn ma jistax jieqaf, ifittex l-għajnuna psikoloġika u jekk tkun ossessjoni qawwija, jeżistu wkoll il-mediċini."
Inti taħseb li ħafna nies iqattgħu sigħat żejda fuq l-affarijiet diġitali? Ikkummenta.
UZ ZOPP TA GVERN MOHHU BIEX IGIB GO MALTA IL GAMING COMPANIES FOXX IL GAMING U CASINOS
ReplyDeleteSinjura, qed tħallat il-gambling mal-gaming; il-logħob tal-ażżard mal-logħbiet tal-video. It-tnejn jistgħu jwasslu għad-dipendenza, imma hawn l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed titkellem fuq il-gaming mhux fuq il-logħob tal-ażżard.
DeleteYou should really stop misleading the public with your shameful incorrect headlines.
ReplyDelete