best deal

Friday, 26 January 2018

"L-imħabba weġġgħetni ħafna"


Petra tgħidilna li meta tħobb, tħobb ħafna u tispiċċa tħobb iktar lil ħaddieħor milli tħobb lilha  nfisha.


F'Xarabank tgħidilna li l-imħabba weġġgħetha ħafna. "Meta tħobb lil ħaddieħor iktar milli tħobb lilek innifsek, tispiċċa tweġġa' għax mhux kulħadd twajjeb daqskemm tkun inti. Ġieli ssib min jieħu vantaġġ mit-tjubija ta' dak li jkun. Illum il-ġurnata naħseb b'moħħi u nimxi b'qalbi."

"Sfortunatament sirt ftit iebsa. Rabbejt ftit qoxra għax għaddejt minn ċertu relazzjonijiet li kienu iebsin. Xorta għadni nħobb imma sirt inħobb lili nnifsi għax meta tħobb lilek innifsek, ħaddieħor iħobbok u jirrispettak iktar."  

Dak u aktar f'Xarabank tal-lejla. 

No comments:

Post a Comment