Thursday, 4 January 2018
"Meta jgħidu li l-Mulej ħa l-isbaħ warda, iktar ikunu qed iweġġgħu lill-persuna" - Josette
Omm Jerome, il-ġuvni li f'Ottubru tilef il-battalja kontra l-kanċer, ma taqbilx ma' min jgħid li l-Mulej għoġbu jaqta' fjura sabiħa jew għażel l-isbaħ warda wara li persuna tkun ħalliet din id-dinja.
Josette tispjega l-Mulej tant huwa tajjeb illi qatt ma jagħmel hekk. "Il-Mulej tant huwa tajjeb, illi bniedem li jkollu dik it-tjubija kollha li m'għandux fil-pjan tiegħu li jieħu t-tfal qabel il-ġenituri. Ma tagħmilx sens."
Temmen li din tagħmilha n-natura. "Il-Mulej jippermetti li n-natura tmexxi kollox f'din id-dinja. Lanqas tgħaddili minn moħħi l-Mulej ried jieħu lil ibni qabel immut jiena. Jiena nifhem lil min jgħid hekk u nitħassarhom għax mhux xi ħaġa sabiħa li titlef lil uliedek. Però f'din il-ħajja aħna liberi u n-natura tmexxi din il-ħajja. L-importanti illi l-Mulej jilqa' fi ħdanu b'idejh miftuħa lil min imut."
"F'dawn l-affarijiet trid toqgħod attent xi tgħid. Fil-każ tagħna, jekk xi ħadd jgħid li l-Mulej ħa l-isbaħ warda, iktar ikun qed iweġġagħna," ittemm tgħid Josette.
Inti x'taħseb?
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment