best deal

Saturday, 27 January 2018

"Meta nara lil xi ħadd jiekol nibża' li se jifga" - Christabelle


Christabelle għaddiet minn problemi ta' saħħa mentali.


F'Xarabank Christabelle tistqarr il-biża' tagħha li jifga xi ħadd. "Ma narax lin-nies jieklu, speċjalment it-tfal għax nibda naħseb li se jiġrilhom xi ħaġa. Inkun qiegħda f'restorant u nisma' lil xi ħadd jisgħol nibża'. Dan minħabba li kont rajt episodju jseħħ quddiemi u ma nistax inneħħih. Hija xi ħaġa li affettwatni. 

"Anke lil tad-dar, ngħidilhom biex il-laħam u l-ħut ma jikluhx waħedhom jew jekk se jkunu waħedhom, ngħidilhom biex iċempluli biex inkun naf li kielu mingħajr problemi. Jiena naħseb li jekk infittxu l-għajnuna nistgħu nkunu iktar pożittivi u ngħixu ħajjitna aħjar."

No comments:

Post a Comment