Sunday, 28 January 2018
Rhiannon daħlet f'kompetizzjoni bla ma taf u rebħitha
Rhiannon kienet ħadet sehem fil-kompetizzjoni I.D imma hi ma kinitx se tidħol għaliha.
F'Xarabank, ommha tispjegalna kif applikat għal bintha stess. "Kien hemm din il-kompetizzjoni u bdejt ngħidilha biex tapplika u dawn l-applikazzjonijiet riedna mmorru l-Belt għalihom. Qaltli biex jekk irrid immur inkanta jiena. U għedt, 'Ar' hemm. Dik mhux li tgħid hi. Mort, ġibt l-applikazzjoni, bdejt nimlieha u fejn ma bdejtx nifhem bdejt inċempillha. Għedtilha, 'Ħa niffirmalek.' Qaltli, 'Inti taf'." U dik l-applikazzjoni ntbagħtet.
Rhiannon tkompli tirrakkonta. "Jiena spiċċajt f'kompetizzjoni bla ma naf u spiċċajt irbaħtha." X'qalet meta rebħet, ommha? "Inti titpaxxa b'uliedek meta tarahom mexjin 'il quddiem. Jiena kont naf li kapaċi u kont ngħidilha li l-għala qed toqgħod lura? Agħti t-talent tiegħek. Tgħidx kemm fraħt meta rebħet. Imbagħad jien, nifraħ mix-xejn!"
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment