best deal

Thursday, 11 January 2018

“Se naħdem biex innaddaf ismi” – Kyle Cesare


Il-plejer Kyle Cesare jibqa’ jsostni l-innoċenza tiegħu, wara li nstab ħati mill-UEFA talli influwenza b’xi mod riżultat ta’ żewġ partiti mir-rawnd tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2017. Huwa ġie sospiż għal għomru milli jilgħab futbol. Dan meta Malta kienet lagħbet kontra l-Montenegro fit-23 ta’ Marzu 2016 u Malta kontra r-Reppubblika Ċeka, li ntlagħbet sitt ijiem wara.

Kyle Cesar u Manuel Briffa, il-plejer l-ieħor li nstab ħati u jixtieq ukoll li ssir ġustizzja miegħu, kienu nħelsu mill-istess akkużi fil-Qrati Maltin. Bħalissa qed jerġgħu jaffaċċjaw l-istess akkużi wara li l-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tas-sentenza tal-ewwel Qorti.

Aħna tkellimna wkoll ma' Kyle li jistqarr li se jaħdem biex ismu jitnaddaf komplement. “Waqt li nibqa’ nsostni l-innoċenza sħiħa tiegħi, fejn infakkar li ma nstabtx ħati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta, nista’ nikkonferma li se nkun qed nappella u nagħmel dak kollu possibbli kemm fil-kamp legali kif ukoll fil-kamp sportiv fejn se naħdem sabiex innaddaf ismi.”

Temm jgħid: “Diġà saret talba mill-Avukat tiegħi biex ningħata r-raġunijiet wara d-deċiżjoni min-naħa tal-Bord tal-UEFA, fejn ladarba jkolli dawn f’idejja jkun jista’ jibda x-xogħol fuq l-appell tiegħi. M’għandix aktar xi nżid f’dan l-istadju.”

No comments:

Post a Comment