best deal

Thursday, 11 January 2018

Tista' tpejjep u ssuq?



"Ħadd ma qal li hi illegali li tpejjep fil-karozza."


Ritratt: Sandro Camilleri

Dan huwa kliem il-President tal-Police Officers Union, Sandro Camilleri, li tkellimna miegħu dwar dan is-suġġett. Filwaqt li qal li ħadd ma qal li hija illegali li tpejjep fil-karozza, saħaq sewwieq għandu jkollu kontroll sħiħ tal-vettura. "Jekk tpejjep u tkun waħdek fil-vettura, mhuwiex illegali. Però waqt is-sewqan irid ikollok kontroll sħiħ tal-vettura. Minn dejjem kienet illi tiekol, tixrob, tpejjep, tagħmel il-make-up, tagħmel xagħrek, tixrob il-kafè inti u ssuq, hija kontra l-liġi. Meta tkun qed issuq irid ikollok kontroll sħiħ tal-vettura."

X'inhi l-liġi l-ġdida li ddaħħlet? "Ma ddaħħlet l-ebda liġi ġdida, ħlief il-liġi li min ipejjep fil-preżenza ta' minuri jeħel €50 multa għax ikun hemm il-minuri fil-vettura. Dan biex nissalvagwardjaw lit-tfal milli jibilgħu d-dħaħen."

U s-sistema tal-punti? "M'hemmx punti marbuta ma' min jinqabad ipejjep, jixrob, jiekol, tagħmel il-make-up, tagħmel xagħrek, waqt li qed isuq, iżda jingħata ċitazzjoni talli kiser il-liġi. Dwar is-sistema tal-punti ta' min jgħid li din qed taħdem tajjeb ħafna għax qed naraw inqas nies jiksru l-liġi u iktar nies isegwu r-regolamenti ta' sewqan b'iktar attenzjoni," ittemm jgħidilna l-Ispettur Sandro Camilleri.

Bid-dħul tas-sistema tal-punti, inti rajt tibdil fil-mod kif isuqu l-Maltin? Ikkummenta hawn taħt.

3 comments:

  1. http://inewsmalta.com/article.php?ID1=62077
    Dan giddieb skont xqal qabel kif kwotat fuq inews.

    ReplyDelete
  2. Is-sistema tal-punti ghamlet differenza pero tista taghmel iktar jekk per ezempju jkun hemm cameras installati kull fejn ikun hemm traffic lights! Ghajjejt nara sewwieqa jibqghu hergin fuq l-ahmar jew izidu l-ispeed meta d'dawl ikun orango!

    ReplyDelete
  3. Hdejn l art at home Attard hemm il min ikun niezel minn Naha ta ta qali jibqghu ghaddejin u min bhali irid jinzel l isfel lejn Attard jibqa mwahhal din kuljum din l istorja ghax inkun sejra L iskola bit tfal please ghamlu xi haga thank you

    ReplyDelete