Monday, 8 January 2018
AĠĠORNATA: Tmut il-mamà ta' Alfred Zammit
AĠĠORNATA (12:52):
Dwar din it-telfa, il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet: "Kondoljanzi lil Alfred Zammit u 'l ħutu, għat-telfa tal-għażiża ommhom Helen, li kont naf għal ħafna snin. L-imħabba t'uliedha, hija bla dubju eżempju ieħor ta' kif għandna nibqgħu nħobbu u nieħdu ħsieb il-ġenituri tagħna."
Il-Malta Community Chest ukoll sellmet il-memorja ta' Helen: "Il-Malta Community Chest Fund Foundation issellem il-memorja ta' Helen Zammit, omm il-preżentatur Alfred Zammit."
QABEL:
Dalgħodu tħabbret il-mewt ta' omm Alfred Zammit, Helen.
Peppi Azzopardi jikkummenta dwar din it-telfa: "L-imħabba li Alfred u l-mamà tiegħu kellhom għal xulxin kienet unika, profonda, bla kundizzjoni. Waqt l-Istrina, hekk kif irnexxilna nitkellmu ftit, Alfred kellimni biss dwar ommu. Il-mod kif kien jitkellem dwar kien ta' eżempju għalija. Nuru solidarjetà ma' Alfred u l-għomor mill-qalb."
Fuq Facebook spikkaw diversi kumment ta' nies li taw il-kondoljanzi lil Alfred Zammit.
Ray Azzopardi stqarr li Helen kienet mara eżemplari li kull darba li taraha dejjem tara dik il-mara tal-familja li rabbiet familja sew.
Kumment ieħor kien ta' Margaret Camilleri li qalet lil Alfred li ommu ħadet ħsiebu mill-art u issa se tieħu ħsiebu mis-sema.
Kien hemm ukoll il-kumment ta' Deo Debono li qal: "Kondoljanzi lill-familja Zammit għat-telfa ta' Helen Zammit speċjalment lil binha Alfred Zammit u n-neputi Hayden Sciberras li jħobbuha daqs id-dawl t'għajnejhom. Kull meta morna Lourdes kienet titlob għal ħafna u ħafna nies, tipprova tiftakar f'kulħadd speċjalment fil-familja li għaliha kienet id-dinja. Devota kbira ta' Santa Rita. Issa se tiltaqa' magħha u żgur se titlobha għall-għażiża familja tagħha. Kondoljanzi lilhom u nwegħidhom tlabi!"
Spikkaw ukoll il-kummenti ta' diversi personalitajiet, fosthom ta' Karl Stagno Navarra li ta l-kuraġġ lil Alfred.
Maria La Barokka Muscat kitbet hekk: "Kuraġġ lill-għażiż ħabib tiegħi Alfred Zammit li għadu kif tilef lill-għażiża ommu. Kuraġġ ħabib tiegħi. Għandek tkun kburi, għaliex kont magħhha sal-aħħar ... ħabbejtha b'qalbek kollha, u fuq kollox għamiltha kburija b'ħidmietek. Kuraġġ ħabib tiegħi."
L-aħħar tislima se tingħata nhar l-Erbgħa li ġej fil-parroċċa ta' San Duminku l-Belt Valletta, fit-8:30am.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
kondoljanzi alfred hi ghax vera tlift tezor ghax kienet mara xempju ta lunur jien ghalkemm miz zejtun hima kont niltaqa maha ta spis kuragg alfred ghax naf xi tlift
ReplyDelete