Monday, 29 January 2018
"Triq il-Kosta saret qisha korsa għas-sewwieqa tal-muturi"
Raġel li jsuq ir-rota jistqarr li għandha tittieħed azzjoni fuq is-sewwieqa tal-muturi, li kull Sibt u Ħadd jgħaddu b'veloċita' qawwija minn Triq il-Kosta.
Ir-raġel jgħidilna s-sitwazzjoni li qed tiġri kull weekend f'din it-triq. "Is-Sibt waranofsinhar u l-Ħadd mis-7:00am sa 12:00pm, is-sewwieqa tal-muturi qed iġibu din it-triq qisha korsa. Ikunu għaddejjin kollha b'veloċita' qawwija, b'uħud minnhom isuqu b'180 kilometru fis-siegħa."
Jallega li n-number plates ta' dawn il-muturi ma jidhrux fil-mument li jkunu qed jinstaqu b'veloċita' qawwija. "Xħin jibdew isuqu b'dik il-veloċita', jgħollu n-number plate, biex wieħed ma jiħux nota tan-numru u b'hekk ma jistax imur jirrapportahom." Iżid jgħid li din it-triq saret post kummerċjali għall-fotografi. "Ilbieraħ kien hemm erba' fotografi, tnejn ma' kull naħa tat-triq li tagħti għall-Magħtab. Joqogħdu hemm biex malli l-muturi jingħelbu mal-ġenb fid-dawra, joħdulhom ritratt."
Isostni l-inkwiet tiegħu għall-inċidenti li possibbilment jistgħu jsiru. "Jiena u nsuq bir-rota nħosshom għaddejjin. Nibda nibża' li xi ħadd minnhom se jiskidja, jidħol fuqi u nibqa' nsofri xi ġrieħi għal għomri kollu jew iħallini hemm tal-post. Faċilment jistgħu jitilfu l-kontroll u jibqgħu deħlin f'xi karozza li fuq wara jkun hemm xi tfal bħala passiġġiera."
Jappella għal azzjoni immedjata. "Kont ċempilt lid-Depot tal-Pulizija u qaluli li qed jinvestigaw. Pero' din għadha tiġri kull weekend. X'qed jistennew biex jieħdu azzjoni, li jinqatel xi ħadd? Nixtieq li jkun hemm min joqgħod għassa u jimmulta lis-sewwieqa tal-muturi li jinqabdu għaddejjin b'dik il-veloċita' qawwija. Naħseb jekk xi ħadd imissilhom il-but u l-punti, se jibdew joqogħdu iżjed attenti. Dan mhuwiex il-post li wieħed isuq hekk."
Din l-istorja aħna qed ninvestigawha, ħalli naraw jekk dan huwiex vera. Matul il-weekends li għaddew, aħna għaddejna f'ħinijiet differenti minn Triq il-Kosta u innutajna għexieren ta' muturi u s-sewwieqa tagħhom, speċjalment il-Ħadd. Nistgħu nikkonfermaw li hemm sewwieqa li qed isuqu b'veloċita' enormi, massiva u perikoluża ħafna. Pero' ħafna sewwieqa oħra qed isuqu b'mod sigur. Innutajna wkoll li f'postijiet differenti u f'ħinijiet differenti tal-ġurnata qed ikun hemm stazzjonati l-pulizija tal-muturi u innutajna li xi sewwieqa malli jaslu fejn il-pulizija, inaqqsu l-veloċita' b'mod konsiderevoli. Xarabank bagħat ukoll lill-Pulizija għal reazzjoni.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Ghalhekk hemm bzonn li ssir trakka. Kulhadd ghandu id dritt li jghozz u jipprattika id delizzju tieghu. Sfortunatament dawn iz zghazagh mandhomx fejn jipprattikaw dan l-isport li hu tant ghal qalbhom. La ssir it trakka, jekk xi darba issir wara kollox, certa li dawn id dilettanti hemmek se jmorru.
ReplyDeleteI'm a biker but also a photographer (as hobby). It's not fair that you only mention that bikers are speeding on the coast road. In the weekend also car speed there on a regular basis. I do understand that we need to have a race track in Malta, however it is not fair also to blame the photographers that are there. I was one of the first one that started taking [pictures of bikers here in Malta at Golden Bay and Cirkewwa. I'm also the Photographer that take the pictures when there are bike rides organised on the Island for good causes, like Putinu or Breast Cancer awareness or for the orphans here, but when those are organised you don't see any journalist, but then were there is criticism or a bad accident then you see them like bees on honey. But like they say blood and carnage sells newspapers and tv ratings, not good things.
ReplyDeleteWe need a race track !!
ReplyDeleteThe stupidest thing in this article is that Bikers "jghollu n jumbwr plate il fuq biex ma jidhirx ezatt qabel isuqu". Mil esperjenza tieghi qatt ma rajt il hadd jaghmilhau xorta bla sens ghax jekk iwaqfek Pulizija tiblaghha doppja.
ReplyDeleteA race track is actually designed for high speed turns and people be it car enthusiast or bikers will not crash due to lack of road design, yes it won't stop people from overspeeding in the streets but i bet anything that it would be more effective then any speed camera that is on this island.
ReplyDeleteWort it taqla 25e citazjoni la manix track malta
ReplyDeleteFilwaqt li ma naqbel qatt ma` dawn is-sewwieqa ghax qed jipperikolaw hajjithom u hajjiet nies innocenti fil-vicinanza taghhom -- ikun pass ghaqli li ssir trakka professjonali ghal muturi/karozzi biex min irid jippratika dan l-isport, jaghmel dan bl-inqas riskju ghalih u ghal ta` madwaru. Imbaghad, Multi Horox ghandhom japplikaw ghal min jibqa`jabbuza fit-toroq.
ReplyDelete