Raisa t-tfajla ta’ Richard daqt twelledt. F’nofs Frar. Qiegħda f’36 ġimgħa u kollox jista’ jiġri.
X’jiġri jekk twelledt fil-ġurnata tal-Malta Eurovision Song Contest? X’jagħmel Richard? Ikanta jew imur dritt l-isptar?
F’Xarabank, il-papa’ ta’ Richard, Joe, qalilna: “Jgħum jekk jinfaqgħalha l-ilma,” b’nofs tbissima. Iżid jgħid, “The show must go on. Jien naħseb irid jagħmel ix-xow imbagħad imur.”
Pront pront jaqbeż Richard, “Le mbagħad f’idejk. Immur l-isptar.” Kif iwieġbu hekk, Joe George jgħidlu, “Ara ma tħallinix, waħdi ta!”
Richard u Raisa jiżvelaw li se jsemmuh lit-tarbija Benjamin. “Kumbinazzjoni isem Ben kien jogħġobni mill-bidu u konna qed nitkellmu ma’ missieri u qalli li kieku jsemmih Benjamin. Imbagħad irnexxieli nikkonvinċi lil Richard,” tgħidilna Raisa.
Dan u aktar f'Xarabank tal-lejla.
No comments:
Post a Comment