Monday, 15 January 2018
X'kienu qed jagħmlu Ruslana, Loreen, Abba u Conchita f'karozza tal-linja?
Il-kantanti tal-Malta Eurovision Song Contest interpretaw lil dawn il-kantanti u aktar f'karozza tal-linja.
Tkellimt ma' Anita Vassallo Piccinino u Mandy Micallef Grimaud, li qed jipproduċu din il-biċċa xogħol għal Xarabank tal-Eurovision. "Wara l-feedback pożittiv li rċevejna fuq il-mash-up li għamilna fil-karozza, ħsiebna li tkun idea tajba li nagħmluha wkoll mal-kantanti tal-Eurovision bid-diski tal-Eurovision l-aktar popolari; din id-darba f'karozza tal-linja. Qassamna lill-kantani f'4 gruppi u kull grupp se jinterpreta ħames kanzunetti."
Il-Ħadd li għadda kellna l-filming tal-ewwel żewġ gruppi. "Miriana Conte, Tiziana, Eleanor, Richard, Joe u Matthew Anthony interpretaw Vertigo, Danicing Lasha Tumbai, Euphoria, Pirates of the Sea u Wild Dances. Wara, Lawrence Gray, Christabelle, Danica, Joseph Refalo, Clive Muscat u lil Karl Scerri li għamlu Waterloo, Desire, Volare, Rise like a Phoenix u Fairy Tale."
X'se narawhom jagħmlu lil Aidan, Andy, Brooke, Cherylis, Deborah, Jasmine, Kevin, Mikahil, Rhiannon u Petra?
Araw il-kantanti kollha kif qatt ma rajtuhom qabel fis-26 ta' Jannar u fit-2 ta' Frar, f'Xarabank speċjali tal-Eurovision.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment