best deal

Tuesday, 2 January 2018

"Ziam kien għaddej minn martirju u xorta l-ħin kollu jitbissem" - Angele ta' Puttinu


"Ziam kien għadu żgħir ħafna - kellu sentejn biss - u allura ma naħsibx li kien jaf x'marda kerha kellu. Imma żgur li kien jaf li qed ibati ħafna." Dan huwa l-kliem li qaltilna Angele ta' Puttinu dalgħodu, tnax-il siegħa wara li tħabbret il-mewt taċ-ċkejken Ziam.


"Ziam kien għaddej minn martirju sħiħ," qaltilna Angele. "Imma xorta kellu kuraġġ kbir."

Angele u Rennie qalulna li jiftakru lil Ziam bħala tifel ferrieħi ħafna, li jġib it-tbissima minn kull fejn jgħaddi. "Kien iħobb il-briju u l-marċi wkoll!"


Iċ-ċkejken Ziam miet ilbieraħ, fl-Ewwel Jum tas-Sena l-ġdida. Fuq Facebook, ommu Therese kitbet:

"Ziam int kont uniku u ħadd ma jista' jimlili l-vojt tiegħek. Int għandek post kbir f'qalbi u hemm se tibqa'. Kont f'idi x'ħin ħadt l-aħħar nifs ta' ħajtek u dik il-minuta f'ħajti ma ninsieha qatt. (...) Lanqas qatt ma jista' jiġrili xi ħaġa agħar minn hekk għax tlift l-isbaħ ħaġa ta' ħajti. (...) Daqsekk bżajt mill-mewt, għax naf li hemm int tistennieni biex niġi ħdejk. Mummy xxxx."



Ziam kien magħna f'Xarabank biex jgħinna ngħinu lil Puttinu. Din hija l-clip tiegħu:

No comments:

Post a Comment