
Dawn huma Samantha u Steve. Samantha għandha 37 sena u Steve għandu 36. Ilhom miżżewġin 8 snin.
Kollox kien miexi bħal koppji oħra sakemm darba Steve jgħid lil Samantha li jixtieq jibdew imorru bħala koppja f'post fejn jorqdu ma' nisa u rġiel ta' xulxin.
"Dak kellna x'naqsmu ma' xulxin u ma kinitx bħas-soltu. Jien bdejt ninkwieta għax anke xi 3 ijiem wara reġa' ġara l-istess. Bdejt ninkwieta li għandu lil xi ħaddieħor," tirrakkonta Samantha. Steve jgħidilna, "Bdiet tiffissa. Tiċċekkjali l-mowbajl, iċċempel il-ħin kollu, tistaqsi fejn qiegħed u hekk, imbagħad iddeċidejt li ngħidilha. Għedtilha li qed ikolli fantasiji li hi tmur ma' raġel ieħor u jien immur ma' mara oħra."
Samantha teħodha bil-kbira. "Kif qalli iktar ħadtha bi kbira. Bdejt ngħid li mela veru ma jridnix, veru ma għadnix nogħġbu biex lest jibgħatni ma' raġel ieħor. Mill-ewwel għedtlu no way. Ma tarax, dawn mhux affarijiet normali. Imbagħad qisni bdejt nifhem u qisha bdiet togħġob anke lili. Għedtlu nipprovawha darba, avolja kienet xi ħaġa tal-mistħija."
Steve jistqarr, "Meta tkellimna sibt li anke Samantha kellha din il-fantasija u tixtieqha imma qatt ma tkellmet dwarha qabel. Ħbietha qisha ma kellhiex." Samantha tgħidilha għala kienet se tagħmilha. "Mhux eżatt ridtha imma hekk eċitatni l-idea u kont konvinta li għandna nippruvawha." Però Steve jibda jinkwieta. "Għax imbagħad hi bdiet tistaqsini, 'Isma, meta?' u mbagħad qisni jien bdejt ninkwieta." U Steve u Samantha jmorru.
Kif sar jaf b'din il-ħaġa Steve? "Ħabib tiegħi fuq ix-xogħol qalli b'dan il-grupp ta' koppji li jmorru weekend jagħmlu din l-esperjenza." Samantha żżid tgħid, "Konna 5 koppji u ftehmna kif se nitqassmu." "Mhux b'xi lotterija. Bdejna ngħid, 'Inti għandek pjaċir', u qisu koppja ma' koppji ... jien immur ma' tiegħu u hu jiġi ma' tiegħi. Ma nkunux flimkien. Jien waħdi mal-oħra u hu waħdu mal-mara. U għamilna lejl. Għalija kien lejl mimli sess tajjeb. Ħadt gost, dik il-verità. Xorta din il-mara ma kinitx togħġobni daqs Samantha, anzi nippreferi ħafna lil Samantha, imma ħadt gost," ikompli jgħidilna Steve.
U Samantha kif ħassitha? "Ħadt gost ta. Fil-bidu qisni żammejt lura imma kmieni filgħodu kellna relazzjoni sesswali tajjeb."
L-għada filgħodu. "L-għada filgħodu kellna ħafna tensjoni għax jien ridt inkun naf x'għamlet bid-dettall għax għalija dik kienet il-fantasija sesswali, li nkun naf. Hi ma riditx tgħidli bid-dettall u meta bdejt ngħidilha x'għamilt jien mal-mara l-oħra, lanqas riedet tkun taf. Domna xi ġimagħtejn bit-tensjoni għax ma setgħetx tifhem li lili mhux tweġġagħni jekk tgħidli imma għalija fantasija, nieħu gost nisma' x'għamlitlu u x'għamilha," jgħidilna Steve.

Samantha tħossha maħmuġa. "Jien bdejt inħossni bniedma maħmuġa. Jien mhux ta' dawn l-affarijiet. Biex tgħaxxaqha mietet in-nanna dak iż-żmien u bdejt ngħid, 'Issa dik saret taf x'qed nagħmel.' Anke mmorru l-quddies, bdejt inħossni skomda." Steve jgħidilna, "Jien ma rajthiex big deal imma ma ridtx nerġa' immur jekk ma kinitx se tgħidli x'jiġri bejnha u bejn ir-raġel l-ieħor fid-dettall."
Però Samantha tirrakkontalu fid-dettall. "Imbagħad bdejt ngħidlu bid-dettall. Wara kellna l-isbaħ sess li qatt kellna. Ma riedx jieqaf u anke jien. Ħadt gost ukoll. Is-sess tagħna flimkien reġa' sar qisna kif konna fil-bidu, mimli eċitament." Steve jibqa' ma jgħidilhiex x'għamel hu mal-mara l-oħra. "Le ngħid miegħi nnifsi li aħjar ma nkunx naf. Naf li lili jħobb. Bqajna mmorru kull 3 ġimgħat qisu."
Iżda wara li marru diversi drabi waqfu ħesrem. X'ġara?
"Waqafna għal 4 xhur għax kien hemm wieħed li ħassejtni ninġbed lejh u għedtlu lil Steve mill-ewwel. U Steve ħadha bi kbira u qalli, 'Le aħjar nieqfu. Jien irrid nibqa' miżżewweġ lilek. Ma riedx jipperikola ż-żwieġ u lanqas jien ifhem. Kont naħseb fuqu għax kien bis-sens dan ir-raġel u baqa' jibgħatli. Issa dik mhux sippost. Il-ftehim ikun għal dak il-lejl u daqshekk."
Steve jgħidilna, "Inkwetajt għax din ir-relazzjoni ta' sess biss kellha tkun. Imma mbagħad wara li għadda ż-żmien sew erġajna morna u ftehmna li jekk ikun hemm dan ma terġax torqod miegħu. Imma qatt ma reġgħu ġew. Is-sabiħa hi li s-sess bejnietna sar ħafna ħafna aħjar. Hawn jekk in-nies qed jaħsbu li ma nħobbhiex... jien lil din il-mara naduraha u ma ngħixx mingħajrha." Ma' dan, Samantha żżid tgħid, "U lanqas jiena."
No comments:
Post a Comment