best deal

Friday, 2 February 2018

Avenue Sky jibilgħu din iċ-ċajta sa griżmejhom!


Iċ-ċajta l-ewwel kienet se ssir fuq Karl imma lilu konna għednielu lil Claudia mhux veru se tieħu għaliha biex iċ-ċajta tkun fuq il-membri l-oħra ta' Avenue Sky.

Iċ-ċajta tibda b'Karl jimita lil Claudia Faniello. Jaqbad il-mowbajl u jibda jitkellem u jidħak bħalha. B'sorpriża, lil Karl inġibulu lil Claudia, minħabba li jammiraha, iżda din tidħol b'wiċċ diżappuntanti għall-aħħar. Tibda tinħass it-tensjoni.

U jibda argument bejn Karl u Claudia. "Għandi rogħda u qalbi qed tħabbat mija mija. Inti, Pepp, għedtlli sipposta ġejja għal sorpriża u nsib lil Karl jimitani. Umiljatni Karl għax ġibtni qisni raġel. Darb' oħra nimita lilek ħalli tara kif tħossok."

U pront pront jaqbeż Karl. "Skużani ma kinitx l-intenzjoni tiegħi. Niċċajta kont qiegħed. Pero' bħala persuna pubblika ma naħsibx li kellek tieħu għalik. Daqsxejn pastażata li qed twaqqagħni għaċ-ċajt u tumiljani quddiem in-nies kollha. Jiena qatt ma għedt li Claudia hija l-kantanta favorita tiegħi. Ira Losco hija l-kantanta favorita tiegħi."



Sadanittant għadna qed nirrekordjaw u niddeċiedu li din il-parti nerġgħu nagħmluha. Karl minn wiċċu u minn kliemu xorta baqa' jħossu diżappuntat bir-reazzjoni ta' Claudia sakemm wara ftit tiddeċiedi li tgħidlu, "Qed niċċajtaw miegħek!" 

Pero' l-membri l-oħra ta' Avenue Sky u Claudia ma kinux jaf li Karl kien jaf li Claudia se tirreċta li ħadet għaliha. U f'daqqa waħda ċ-ċajta ddur fuqhom u pront pront jaqbeż Karl u jgħidilhom,  "Iċ-ċajta kienet kollha fuqkom għax kont naf biha!"

No comments:

Post a Comment