best deal

Friday, 23 February 2018

BIL-FILMAT: Din il-koppja Maltija għandha ftehim li jmorru ma' nisa u rġiel ta' koppji oħra



Minn hawn u ftit sigħat ieħor se jibda Xarabank fuq is-sess.

Xħin jibda Xarabank se niltaqgħu mal-koppja swingers. Koppja Maltija li għandha ftehim li kultant żmien huma jmorru ma' nisa u rġiel ta' koppji oħra. Fil-programm se jirrakkontaw kif jagħmluha u kif din taffettwalhom il-ħajja taż-żwieġ tagħhom. 

Se niltaqgħu wkoll ma' Raquela li hija mara transesswali u minħabba diversi problemi li kellha f'ħajjitha, għamlet żmien taħdem bħala prostituta. Fost affarijiet oħra se tirrakkonta kemm kellha klijenti għaliex proprju hi transesswali.

Morna wkoll fid-dipartiment tal-emerġenza fl-isptar Mater Dei. Hemmhekk staqsejna t-tobba dwar il-każijiet ta' nies li jidħlu jiġru l-emerġenza għax tkun marritilhom xi ħaġa ħażina waqt is-sess.

Għandna wkoll statisitika vera tal-iktar affarijiet li jfittxu l-Maltin fuq siti pornografiċi. Imbagħad se nurukom x'ġara meta ħadna lil Mark f'sex shop f'Malta għall-ewwel darba u skopra x'qed jixtru l-iktar il-Maltin.

No comments:

Post a Comment