best deal

Thursday, 22 February 2018

BIL-FILMAT: "Għan-niżla sejrin ... il-marda saret iebsa wisq"



Bjorn jitkellem dwar il-marda tiegħu u kif qed iħossu bħalissa.


Aħna tkellimna ma' Bjorn li jgħidilna kif il-marda saret iebsa wisq. "Bħalissa talli jiena. Is-saħħa hi li hi. Għan-niżla sejrin, però hemm wisq xi jsir u ma tantx naħseb fuqha l-ħaġa, apparti filgħodu meta ma nkunx nista' niġi f'tiegħi. Il-marda saret iebsa wisq. Però qed inkomplu naħdmu għall-proġetti li għandna quddiemna."

Sforz l-imħabba kbira lejn Bjorn u lejn martu Maria, ftit jiem ħarġet il-kanzunetta 'Bjorn, ir-Raġel ta' Eżempju'. Bjorn ma kellu l-ebda idea dwarha u jgħidilna kemm japprezza l-appoġġ li jikseb minn ħafna nies. "Smajtha b'sorpriża li rċevejt waqt attività li ġiet organizzata minn Claire B Henwood, fejn il-qligħ kollu mar għall-ALS Malta. Kienet ħaġa emozzjonanti ħafna u minkejja li nistħi ħafna, apprezzajt dan il-ġest inkredibbli ta' mħabba li n-nies għamlu din il-kanzunetta u taw ħafna sigħat, bla ebda ħlas għall-imħabba tagħhom lejja. Ħallewni bla kliem."

Bjorn jagħlaq billi jgħaddi messaġġ lil kull min qed jappoġġjah. "Nirringrazzjakom minn qalbi tal-għajnuna kollha li tajtuna tul dawn l-aħħar tliet snin. Kieku ma kienx bis-saħħa tagħkom, jien min jien xejn u ħafna mill-affarijiet ma għamilnihomx. Nitlobkom biex tkomplu tissapportjawna biex il-proġetti li għanda 'l quddiem inkunu nistħu nwettquhom."

No comments:

Post a Comment