best deal

Saturday, 10 February 2018

BIL-FILMAT: Il-ġenituri ta' Christabelle jiktbulha ittra


Omm u missier Christabelle jiktbulha din ittra ta' mħabba.



"Għażiża Christabelle,

Inti taf li jiena u missierek ngħixu għalik u għal oħtok. Xtaqt ngħidlek kemm napprezzaw li inti tapprezza l-imħabba tagħna. Tgħożżha u ġġorrha dejjem miegħek. Imma llum irridu ngħidu lin-nies kif inti tkun hemm għalina, kull meta aħna nkunu f'xi diffikultà li l-ħajja toffri. 

'Illaħwa x'tifla għandna' aħna ngħidu minn wara dahrek. Kieku taf kemm ammirajniek Christabelle meta inti ddeċidejt li taqsam man-nies l-istorja tiegħek u l-kundizzjoni ta' saħħa mentali. Niftakrek ilu mhux ħażin tgħidli, 'Għax ma din hija sitwazzjoni ta' tbatija. Ma nistgħux nibqgħu naħbuha. Hemm bżonn li nuru li bil-kura tista' terġa' tkun b'saħħtek mentalment.' Imbagħad ktibtu d-diska u wara li rbaħt, fraħna bil-messaġġi ta' awguri, imma fraħna iktar bil-messaġġi tan-nies li għaddejjin minn kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, uħud minnhom żgħażagħ u tfal. 



Bikkina messaġġ li rċevejt u li kien jgħid, 'Illum ħriġt il-pinnoli bil-moħbi li ilni naħbi mill-familja tiegħi għal tliet snin. Breaking the taboo Christabelle.' Lanqas nistgħu nemmnu kemm aħna kburin bik.

Aħna Christabelle nħobbuk meta tkanta tajjeb u meta tistona, meta tkun kalma u meta taqbiżlek, meta tkun irqiqa u meta titqawwa, meta twieġeb it-telefown u meta tħallina ninkwetaw għax ma weġibtniex mill-ewwel, għax l-imħabba tagħna m'għandhiex għaliex u għax. Inħobbuk fullstop. U din l-imħabba nixtiequ niċċelebrawha ma' kulħadd.

Kun imbierka, 

ommok u missierek"

No comments:

Post a Comment