best deal

Saturday, 17 February 2018

BIL-FILMAT: Il-marda tal-OCD twasslu biex joħroġ ktieb dwarha


Dione jibża' jarmi xi ħaġa.



F'Xarabank, Dione jispjega kif beda jżomm l-affarijiet u ma jarmi xejn minnhom. "Meta kont żgħir, l-ewwel bdejt inġemma' l-bolol, inġemma' l-muniti, imbagħad l-vażetti, il-basktijiet u l-kards tat-telefowns. F'daqqa waħda ma stajtx nikkontrolla lili nnifsi, u bdejt inżomm l-affarijiet kollha u ma narmi xejn. Bdejt inħoss li jekk narmi xi ħaġa, qed naħliha u jekk inżommha nista' nużaha għal xi ħaġa oħra. Illum aħjar għax qed inżomm l-affarijiet f'kamra waħda."

Dione għandu l-kundizzjoni tal-OCD. "Niġi biex naħsel l-art ta' kamra waħda għandi 3 sigħat biex tiġi sew. Irrid nara kollox eżatt u perfett. Jekk ma narahiex perfetta, nerġa' nagħmilha. Irrid nagħmel kollox 3 darbiet, jekk le nerġa' nagħmel kollox għal 3 darbiet oħra. Nagħmilha għal 3 darbiet għax in-numru 3 għandu x'jaqsam mar-reliġjon tiegħi u nemmen ħafna li l-Bambin jgħinni ħafna fl-OCD."



Xi ħmistax-il sena ilu Dione kien qed jara Xarabank dwar is-saħħa mentali u dakinhar ċempel għall-għajnuna, lil Richmond Foundation. Illum b'dik it-telefonata, Dione jħossu aħjar tant li ħareġ ktieb bil-poeżiji dwar l-OCD li jista' jinsab fuq Facebook - OCD poetry.




Għall-għajnuna ċempel 21224580.

No comments:

Post a Comment