Thursday, 22 February 2018
BIL-FILMAT: Imut il-kelb ta' Carina
Imut Cody, il-kelb li tant kien għażiż għal Carina Camilleri, il-mamà tal-personalità Ben Camille.
Aħna tkellimna ma' Carina li b'qalb maqsuma għall-aħħar tirrakkonta kif Cody kien qed ibati ħafna. "Cody kellu 13-il sena u nofs. Beda jzappap u s-sena l-oħra qabditu l-artrite. Kien mar tajjeb bl-acupuncture imma dan l-aħħar xahar kien qed jimxi u ftit wara jiddeċiedi li joqgħod bilqiegħda. L-artrite kienet qiegħda ħażin ħafna u ma kienx qed jagħmel suċċess bil-mediċina. Biddilna l-mediċina għal waħda aktar qawwija, imma xorta ma rrispondiex għaliha."
Carina ma tistax tneħħi minn moħħha, il-bikja kontinwa ta' Cody. "It-Tlieta, konna fuq is-sufan u niżel biex jagħmel il-bżonnijiet tiegħu. Kif daħal, poġġa bilqiegħda fuq it-tapit u bdiet il-bikja. Beda jibki u jinbaħ, b'għajta indeskrivibbli. Ċempilt lil Ben u għedtlu biex jiġi jgħinni għax ma kontx naf x'se naqbad nagħmel. Ġie l-veterinarju, misslu l-ispina u qalli, "Mhux qiegħda tidher tajba u għandi bżonn nippreparak għax jista' jkun li wasal. Ħadnieh il-klinika, taw il-morfina iżda damet 3 sigħat biss. Beda jipprova jqum imma s-saqajn ta' wara ma bdewx iħalluh. Erfajtu, erġajt ħadtu l-klinika u mbagħad kellna nieħdu d-deċiżjoni."
Imma x'kien ifissier Cody għal Carina? "Haw' min jgħid li minflok ikollok it-tielet wild, iġġib kelb. Il-mara tħoss ftit vulnerabbiltà għax ikunu kibru t-tfal u għalhekk iġġib kelb minflok. Niftakar li Ben kien ġabu lil Cody. Mar japplika għas-Sixth Form u kif daħal fil-karozza qalli li hemm ħafna ġriewi li twieldu f'salt minn kelba. Beda jgħidli biex immorru narawhom. Morna u Cody kien qiegħed fuq quddiem, jinbaħ u jieħu ħsieb lil ħutu, u ħadna lilu," tistqarr Carina.
Ittemm tgħid, "L-iktar li nimmissja l-preżenza tiegħu. Minkejja li minn dejjem xtaqt li nikkremah, dfinieh f'għalqa. Għandi sapport kbir mingħand uliedi Ben u Dale, u n-nisa tagħhom Xtina u Jess, u mingħand il-ħbieb u anke mingħand nisa li ma nafhomx. Impressjonanti kemm huma ta' sapport in-nies. Inżomm f'moħħi din il-frażi li qalet Zorisa, it-tabiba tiegħi, Remember as much you as you are sad and you cry, it will be more difficult for him to find his peace."
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Minkejja t tbatija li qed is soffri naf xiggifieri ghax jien tlift il qttates tieghi f daqqa nirringrazzjaw lil bambin li ileum ghanda l fakulta li ninkriminaw sfortunatament ahna bhala familja malhaqnijix. Nirringrazzjaw lil dawk in nies li kienu involuti b xi mod biex issir linceneratur. Ghax li ma ssibx fejn hija kera iktar u iktar kera li jkollok int stess tiddfen il pet tieghek int stess. Ghalhekk minkejja it tbatija ghanda nghidu Grazzi.... Il faragg li ghanda bzonn meta jmut pet huwa li jghaddi ftitt zmien u jkolok pet iehor ghax personalment dan hu rimedju tal uggieh li jkollok.
ReplyDeleteKemm nifmek Karina .... Anqas nidiskrivi l ugiegh ta qalb tremend
ReplyDeleteLitteralnent Inhossu qalna ggelben I'd demm.qisom waqaw I'll hitan tad dar..vojt kbit. Mradna hafna kollha bit telfa ta Saki anke l pets l ohra. Kelli 13 I'll sena wkoll. Jonas I'll boxer ghadu qatt ma nehha l ballun ta saki min idejh.hdejn wiccu kontinwament u dmufh niezel ma ghajnejh. Imhabba li qatt ma terga thossha...unika barka w innocenza. Inhoss I'll prezenza ta saki kontinwament maghna specjalment meta nibki ghax qalbna ccedi.nifmek hafna w nempattizzaw mieghek.l anglu zgur QED justennewna sa ma l mama terga tmur hdejhom. Tiru angli sbiegh taghna w ftakru li nhobbukom ghall dejjem sa ma nergghu niltaqaw
ReplyDelete