![]() |
Agatha Barbara |
"Mara li taqsam il-politika mal-familja ... xi ħadd minnom ibati. Jew il-familja jew il-politika."
Is-Sinjorina Agatha Barbara twieldet fil-11 ta’ Marzu, 1923.
Sa minn ċkunita kienet diġà qed turi interess fil-politika u minn dejjem kienet attiva u ma tibża' minn xejn.
Fl-1942, waqt it-tieni gwerra dinjija, meta kellha 19-il sena ma kinitx tagħti kas. Tant u hekk li qatt ma daħlet f’xelter!
Fl-1942, waqt it-tieni gwerra dinjija, meta kellha 19-il sena ma kinitx tagħti kas. Tant u hekk li qatt ma daħlet f’xelter!
Meta għalqet 20 sena, għamlet l-ewwel meeting politiku, ir-Rabat. Fl-1947 meta n-nisa kellhom il-vot għall-ewwel darba, Agatha, ikkontestat u ġiet eletta fil-parlament Malti u baqgħet titla' dejjem.
Fl-elezzjoni tal-1955, reġgħet ġiet eletta u l-Prim Ministru Dom Mintoff, afdalha l-Ministeru tal-Edukazzjoni. Dan ifisser li Agatha saret l-ewwel mara ministru.
F'dan il-perjodu l-iskola sekondarja saret bla ħlas, obbligatorja għal kulħadd u nfetħu l-ewwel skejjel tas-snajja'.
Fis-19 ta' Mejju, 1958, waqt protesta lil Agatha akkużawha b’intimidazzjoni u surġent flimkien ma’ 4 kuntistabbli marru id-dar ta' fejn Agatha kienet tgħix flimkien mal-ġenituri tagħha u riedu jeħduha d-depot. Ipprotestat. Imma biex turi li ma kellhiex x’taħbi, marret magħhom fejn tħalliet hemmek għal sigħat sħaħ u ntefgħet il-ħabs. Instabet ħatja u weħlet 32 ġurnata ħabs.

Ma jistax jonqos
li kif ħarġet mill-ħabs, iż-Żabbarin għamlulha festa kbira.
Fl-1974 inħatret Ministru għall-impjiegi, xogħol u sigurtà soċjali fejn ħadmet biex il-ħaddiema nisa jitħallsu daqs l-irġiel.
Fl-1974 inħatret Ministru għall-impjiegi, xogħol u sigurtà soċjali fejn ħadmet biex il-ħaddiema nisa jitħallsu daqs l-irġiel.
Fis-6 ta Frar 1982, is-sinjorina Barbara nħatret President ta' Malta.
Fl-1986 il-Bank Ċentrali ta' Malta, ħareġ serje ta' karti tal-flus tal-Lira Maltija fosthom bir-ritratt tal-President Agatha Barbara fuq in-naħa ta' quddiem li dawn imbagħad ġew irtirati miċ-ċirkolazzjoni fis-sena 1989.
Bħal-lum 16-il sena ilu, kienet Jane, in-neputija tagħha, li għajtitilha biex tinżel tiekol, iżda ma weġbitx lura. Agatha nstabet fl-art u ġiet iċċertifikata mejta.
Ara hawnekk xi
filmati li juru lil Agatha tieħu l-ġurament, il-funeral statali u l-kxif tal-monument
li ġie inawgurat f’Ħaż-Żabbar.
No comments:
Post a Comment