best deal

Monday, 19 February 2018

BIL-FILMAT: "Ipprovajt suwiċidju 3 darbiet" - Flora


Din Flora, tfajla li ppruvat tneħħi ħajjitha b'idejha 3 darbiet.


Tispjega l-ewwel sintomi tagħha. "Niftakar li kont inħoss dwejjaq mix-xejn. Il-ħin kollu nibki, ninqafel fil-kamra u ninqata' għalija waħdi. L-affarijiet normali li jiena sippost kont nagħmel ta' żagħżugħa għalija kienu wisq dipressanti. Jiġifieri ma kien jeċitani xejn."

Flora pprovat suwiċidju 3 darbiet u spiċċat l-I.T.U. "Kont fix-xifer. Jien ngħid li tlaqt u ġabuni lura. Jiena rajt lili nnifsi nimxi lejn dawl. Kienu ftit sekondi u dan id-dawl beda jikber imma xi ħaġa ġibditni lura. Jiena ma ridtx noqtol lili nnifsi u ma ridtx li jiena mmut. Jiena ridt li noqtol l-uġigħ li diffiċli biex tispjegah."

"Li kieku kulħadd jagħmel ħiltu biex jipprova jifhem xi jkun għaddej minn moħħu u x'qed iwasslu għal dawn l-affarijiet, bniedem li jbati mis-saħħa mentali, is-sitwazzjoni tkun ħafna aħjar."

Għall-għajnuna ċempel 21245088.

No comments:

Post a Comment