Ftit jiem ilu, Adreana rċeviet ir-riżultati tal-MRI u dawn irriżultaw tajjeb.
Ta' 5 snin, Adreana mardet bil-kanċer. Kienet qaltilna: "Nixtieq infiq, jgħaddili kollox u nieħu pjaċir mal-familja tiegħi." Bis-saħħa tal-kura u bis-saħħa tiegħek, Adreana għamlet progress kbir. "Kont naħseb li mhux se jgħaddili, imma qed infiq."
Wara li ftit jiem ilu, Adreana rċeviet riżultati tajbin, aħna tkellimna ma' ommha, Claudine. "Qabel ma rċevejna r-riżultati, bdejt inġib ħafna flashbacks ta' meta għamlet l-MRI l-ewwel darba. Dak ir-riżultat ma kienx pjaċevoli u kien ta' xokk kbir. Għalhekk konna mbeżżgħin għar-riżultati għax ma tkunx taf jekk it-terapija kinitx ta' suċċess. Sakemm jasal ir-riżultat, u jgħidulek li kollox sew u lit-teraprija ħadmet, tkun anzjuża."
U x'qalet Adreana meta saru jafu bir-riżultati? "Ferħet ħafna. Qaltli, 'Issa nista' nieħu t-tazza te qabel norqod u nista' niekol li rrid'. Dan għaliex minħabba l-mediċini li kienet tieħu, Adreana kienet limitata anki minn ċertu ikel u xorb. "Issa nista' nħossni aħjar, nimrad inqas, infalli inqas skola u mużew, u nkun inżjed ferħana." Dan għaliex il-kimoterapija kienet tħalli side effects koroh fuqha, fosthom li tqabbadha ħafna ġuħ u tkun imdejqa, apparti li tnaqqas l-immunità.
Aħna sirna nafu li Adreana għandha xewqa kbira li tkanta. Ċemplilna lill-kantanta Tiziana Calleja (CentreSTAGE Malta), li aċċettat minnufih. "Lil Adreana ħa ngħidilha biex tiġi ħalli x-xewqa tagħha ssir realtà. Jien ħa ngħinha mill-bidu sa fejn tixtieq tasal."

Ma setax jonqos li Claudine tirringrazzja lil Tiziana għal dak il-ġest. "Nirringrazzjaha minn qalbi. Li ħa tagħti mill-ħin tagħha u li ħa tgħallem b'mod volontarju lil ħaddieħor huwa ġest nobbli. Bħala familja, rajna ħafna, u issa Tiziana se tpoġġi tbissima fuq fomm Adreana wara dan l-imrar kollu."
Claudine tirringrazzja wkoll lil Puttinu. "Lil Puttinu sibtu ta' sapport kbir. Dejjem kien hemm għalina. Għamlet żmien li riedet parrokka, minħabba li għamlet perjodu bla xagħar, u kienu kkuntentawha. Nirringrazzja lil Puttinu minn qalbi."
Tinsiex, Xarabank fil-Ġimgħa l-Kbira, Puttinu!
No comments:
Post a Comment