Dan il-missier jabbuża minn bintu li għadha taħt l-età u wara jbigħ il-filmati tagħha pornografiċi biex jaqla' l-flus minn fuq dan l-abbuż.
Il-pedofelija. Wieħed mis-suġġetti li jittratta d-dramm popolari Vigilante. Aħna tkellimna ma'
David Rizzo, li qed jikteb u jidderiġi din is-serje, u jgħidilna l-istorja li għaddejja bejn il-missier u l-bint. "F'Vigilante għandna każ ta' tfajla taħt l-età li qed tiġi abbużata minn missierha. 'Il quddiem dan il-missier se jipprova jisfrutta din il-ħaġa billi jagħmel il-qligħ u jbigħ filmati pornografiċi tat-tifla."
![]() |
Ritratt: David Rizzo |
David jgħidilna li f'Vigilante xtaqu joħorġu l-iktar sitwazzjonijiet sensittivi mill-qasam soċjali. "L-abbuż tat-tfal, il-pedofelija, ftit ġew inklużi f'drammi Maltin. Aħna xtaqna ninkluduha biex inqajmu kuxjenza dwar dan l-abbuż. Qgħadna attenti u konna sensittivi fil-mod kif trattajnieha. Xtaqna nuruha għax ħafna huma dawk li jaħarbu mir-realtà, bħalma hi l-omm, li kellha suspett dwar żewġha imma sforz l-imħabba li għandha lejh, qatt ma setgħet temmen li jista' jkun għaddejja minn xi ħaġa bħal din."
Itemm billi jwassal messaġġ lil kull min għaddej minn abbuż. "It-tajjeb dejjem jirbaħ il-ħażin. Taqtgħux qalbkom. Kull min qed jgħaddi minn abbuż, inħeġġuh biex jitkellem u jfittex l-għajnuna. Tajjeb li ngħinu lil dawn tfal li jkunu għaddejjin minn dan l-abbuż li xi kultant lanqas ikunu jafu li hi ħaġa ħażina, għax f'għajnejhom tidher li hi normali."
Din hija xena li għadha ma dehritx u li se tidher dalwaqt.
Ara kif se tkompli l-istorja. Segwi Vigilante kull nhar ta' Sibt fit-8:30pm fuq TVM.
Filmat: Vigilante
No comments:
Post a Comment