best deal

Wednesday, 21 February 2018

BIL-FILMAT: Jesmond ilu 30 sena jbati mid-dipressjoni, iżda bix-xokkijiet għamel kambjament


Jesmond għadda wkoll mill-OCD.


F'Xarabank, Jesmond jispjega kif ta' 23 sena qabditu d-dipressjoni. "Kont nibki għalxejn. Kont naħseb li kulħadd huwa kontrija. Għaddejt minn perjodu ħafna ikrah tant li anke ridt intemm ħajti. Id-dipressjoni xorta għadha fuqi, però nħobb ħafna nitkellem għax dan jagħmilli tajjeb u qed nieħu l-kura. Però rrid niġġieled."

Jesmond esperjenza wkoll problema ta' saħħa mentali oħra, l-OCD. "Kont inqum billejl, pereżempju, biex nirranġa inkwatru li ma nkunx għamilt sew biex nipprova nagħmilha perfetta imma l-perfezzjoni ma teżistix."

Ftit tas-snin ilu, Jesmond għamel ix-xokkijiet, jew aħjar l-ECT u permezz ta' dan it-trattament għamel kambjamenti kbar. Il-psikjatra Anton Grech jispjega kif dan it-trattament jintuża biss fuq persuni li fuqhom il-mediċini jibqgħu ma jaħdmux. Sabiex persuna tagħmel it-trattament tal-ECT jeħtieġ li dan it-trattament jiġi ordnat mill-psikjatra. 



Għall-għajnuna ċempel fuq 21224580.

No comments:

Post a Comment