Katriel għalaq 13-il sena u għadda messaġġ lil ommu u 'l missieru.
Is-Sibt li għadda Katriel, it-tifel li seraq qalb il-Maltin u l-Għawdxin kollha bil-kuraġġ li għandu minkejja l-mard tiegħu, għalaq 13-il sena.
Aħna tkellimna ma' Katriel li għadda messaġġ qasir u ħelu lil ommu u lil missieru. "Inħobbok ħafna ma talli ġibtni fid-dinja, u grazzi lilek u lill-papà talli intom taħdmu għalija."
U x'għamel Katriel f'għeluq sninu? "Minħabba li kienet ix-xita qgħadt ġewwa nara t-televiżjoni. Però tad-dar għamluli sorpriża u ġabuli kejk. In-nies bagħtuli ħafna messaġġi jgħiduli happy birthday u jalla tirċievi dak li tixtieq qalbek."
Jekk kontu Ħaż-Żabbar il-Ħadd li għadda, forsi rajtu lil Katriel liebes ta' Eġizzjan flimkien ma' karru li għamel hu stess. Katriel iħobb ħafna l-istil Eġizzjan, u flimkien ma' zijuh għamel karru għall-karnival li ħadu biċċa xogħol mhux ħażin.
"Ħriġt bl-idea jiena li l-karru nagħmluh fuq l-Eġizzjani. Imbagħad iz-ziju tiegħi beda jfittex fuq l-internet biex jagħmel il-karru u ħloqnieh. Kien fih ħafna xogħol għax ridt niżbogħ il-karti bil-kolla u l-kuluri."
God bless you Katriel
ReplyDeleteGod bless you Katriel
ReplyDelete