best deal

Monday, 12 February 2018

BIL-FILMAT: "L-iktar ħaġa diżappuntanti li qatt rajt f'dan iż-żmien f'Malta"



Vann fil-karnival tan-Nadur bil-kliem mental patients on board u crazy people inside jqajjem kontroversja sħiħa.


Aħna tkellimna ma' Marija Bianco, tfajla li kienet il-karnival tan-Nadur, u ħadet ir-ritratti ta' dan il-vann. "Is-Sibt kont ma' sħabi n-Nadur u f'ħin minnhom, aħna u mexjin fi triq rajt dan il-vann. Meta rajt il-kliem ħassejtni ħażin ħafna u ddeċidejt li neħodlu r-ritratti biex noħloq awareness fuqha. Il-kliem mental patients on board ma rajtux ħażin, però xħin rajt crazy people inside ħassejt li din kienet l-iktar ħaġa diżappuntanti li qatt rajt f'dan iż-żmien f'Malta. Il-gost li kont qed nieħdu, tliftu kollu għax ma stennejtx li hawn nies li lesti jużaw ċertu affarijiet bħal dawn biex jipprovaw idaħħku."



Il-vann dak il-ħin li ratu Marija kien waħdu. "Ma kien hemm ħadd miegħu u lanqas number plate ma kellu. Però wara rajt ritratti li wrew li dan il-vann ftit ħin qabel kien fil-pjazza u fihom dehru xi nies fuqu, jiġifieri dan il-vann kien ta' xi ħadd."

U x'kienet ir-reazzjoni ta' nies li kienu hemm? "Kien hemm min beda jiġbed ir-ritratti bħali u r-reazzjoni tan-nies kienet simili għal tiegħi. Kien hemm min beda jidħak u sfortunatament lili iktar għamlitni rrabjata fuq il-ħaġa għax kien hemm min qed isibha tad-daħk."



Dwar dan tkellmet Richmond Foundation u tgħid li din l-istigma għandha tiġi indirizzata. "Jiddispjaċina li kellna nibdew din il-ġimgħa b'dan il-mod imma żgur li rajtu jew smajtu fuq il-grupp ta' nies li libsu ta' pazjenti mill-isptar Monte Karmeli fil-karnival tan-Nadur. Din ma stajniex ninjorawha. 

Ċajt dwar dan il-mard fiżiku serju ma jsirx, allura jekk niċċajtaw dwar il-mard mentali huwa okay? Li tirredikola l-mard huwa ħażin f'kull livell. Kif tista' persuna li tbati minn problema ta' saħħa mentali tfittex l-għajnuna meta l-bqija tan-nies qed isibu s-saħħa mentali u l-isptar pubbliku assoċjat magħha taċ-ċajt?

Din l-istigma għandha tiġi indirizzata. In-nies għandhom jiġu edukati dwar is-saħħa mentali u l-konsegwenzi tagħha. In-nies għandhom jiġu mgħallma biex jirrispettaw id-diffikultajiet ta' saħħa mentali, u li jekk tiċċajta dwarha tagħmel ħafna ħsara u jsoffru n-nies li jesperjenzaw dawn il-problemi.

Għalhekk aħna bħala Richmond Foundation għandna passjoni biex nikkumbattu din l-istigma. Aħna nisperaw li ngħixu f'dinja fejn ma jkollniex għalfejn il-ġranet li fihom nqajmu kuxjenza dwar is-saħħa mentali għax kulħadd huwa infurmat u mgħallem dwarha. Jafu lejn min għandhom iduru u x'għandhom jagħmlu, jafu jilħmu s-sinjali, jew jitkellmu meta jindunaw li xi ħaġa hi ħażina. Sakemm tasal dik il-ġurnata, ħa niġġieldu din l-istigma kemm nifilħu, u anke inti messek tagħmel l-istess."



Xarabank nhar il-Ġimgħa se jkun fuq is-saħħa mentali fejn se niltaqgħu ma' diversi nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali.


No comments:

Post a Comment